CESE Info 9

Transcription

CESE Info 9
ISSN 1830-513X
KESE
Novembru 2005 / 
INFO
IL-KUMITAT EKONOMIKU U SOĊJALI EWROPEW–PONT BEJN L-EWROPA U S-SOĊJETÀ ĊIVILI ORGANIZZATA
EDITORJAL
Għeżież Qarrejja,
Tipikament, il-ħajja talKumitat hi waħda movimentata, iżda t-tieni ġimgħa ta’
Novembru kienet storika.
Din bdiet bl-iffirmar talProtokoll il-ġdid ta’ kooperazzjoni mal-Kummissjoni
Ewropea. Bħala dokument
tekniku, il-Protokoll kien
imsaħħaħ b’mod konsiderevoli, iżda kienu laspetti politiċi l-aktar li ġew imsaħħa, kif enfasizzat mill-President Barroso matul iż-żjara tiegħu.
Hekk kif il-linka fuq il-Protokoll kienet għadha
lanqas nixfet, il-Kummissarju Vladimir Špidla
għen lill-Kumitat fit-tnedija tat-tieni Stakeholders’
Forum innovattiv, din id-darba dwar it-temi
prinċipali ta’ “Negħlbu d-Distanza: kif se nqarrbu l-Ewropa lejn iċ-ċittadini tagħha”. Il-Forum
kien suċċess kbir. Il-Viċi-President Margot
Wallström matul il-ġurnata kellha diskussjoni
interessanti u ħajja mal-parteċipanti tagħna flimkien ma’ Roger Briesch u l-MPE Jo Leinen u
Andrew Duff. Il-Forum kien esperjenza kbira fih
innifsu, iżda s-Sinjura Wallström għamlitha ċara
li r-rakkomandazzjonijiet li ħarġu minn aktar
minn 30 workshop kienu filfatt se jservu bħala
input għall-White Paper li se tkun imħejjija millKummissjoni.
Wara, hekk kif il-parteċipanti tal-Forum kienu
għadhom iduru fil-kurituri, il-Kumitat nieda
awdizzjoni estensiva dwar l-Istrateġija ta’
Liżbona, bħala parti mill-azzjonijiet tiegħu
biex jilħaq il-mandat mogħti mill-Kunsill
Ewropew tar-Rebbiegħa. Il-parteċipanti ewlenin kienu jinkludu lill-konsulent speċjali talKummissjoni Ewropea dwar l-Istrateġija, Maria
João Rodrigues.
Hekk kif intemmet din l-awdizzjoni, il-Kumitat
nieda seminar ta’ livell għoli dwar il-kontribuzzjoni tas-soċjetà ċivili għall-ħidma ta’ lOrganizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ.
Minn aspett purament tekniku, il-Kumitat jista’
mingħajr dubju jkun ferm sodisfatt għaliex kien
kapaċi jorganizza tant avvenimenti importanti
u ta’ kwalità għolja fi spazju ta’ żmien tant qasir.
Iżda dawn l-avvenimenti kkonfermaw ukoll irrwol politiku dejjem akbar li l-President Barroso
kien enfasizza fil-bidu tal-ġimgħa.
Anne-Marie Sigmund
President tal-Kumitat Ekonomiku
u Soċjali
WWW.ESC.EU.INT
Żmien ta’ kooperazzjoni ġdida: il-KESE u l-Kummissjoni
Ewropea jiffirmaw Protokoll ta’ kooperazzjoni ġdid
Fis-7 ta’ Novembru 2005, Anne-Marie Sigmund, President
tal-KESE u José Manuel Barroso, President tal-Kummissjoni
Ewropea, iffirmaw Protokoll ta’ kooperazzjoni ġdid bejn
iż-żewġ istituzzjonijiet. Dan il-Protokoll aġġornat isaħħaħ
il-kooperazzjoni futura bejn il-KESE u l-Kummissjoni.
Il-Protokoll rivedut iħejji t-triq għal kooperazzjoni aktar
b’saħħitha u aktar politika u għandu l-għan li jippermetti lill-Kummissjoni u lill-Kumitat biex jidentifikaw b’mod
aktar sistematiku u organizzat il-policies u d-dokumenti li
dwarhom għandhom interess komuni.
Din il-kooperazzjoni aktar b’saħħitha se tħalli effett anke
fuq il-politika dwar il-komunikazzjoni u mhux anqas
dwar il-White Paper, li se twassal biex il-Kummissjoni u lKumitat jistipulaw f’addendum l-arranġamenti operattivi
għall-kooperazzjoni tagħhom.
Waqt konferenza stampa konġunta ma’ Margot Wallström,
il-President tal-Kumitat, Anne-Marie Sigmund, qalet li
l-għanijiet politiċi tal-Protokoll il-ġdid “huma sinjal ta’
kultura ġdida ta’ djalogu u dibattitu mas-soċjetà ċivili u
l-iżvilupp ta’ demokrazija parteċipattiva”. Hi qalet ukoll li
l-iStakeholders’ Forum bit-tema Negħlbu d-Distanza li sar
fil-Kumitat fis-7 u t-8 ta’ Novembru (ara paġna 3) u orga-
Anne–Marie Sigmund u Margot Wallström waqt il-konferenza
stampa flimkien mal-Kummissjoni.
nizzat flimkien miż-żewġ istituzzjonijiet“huwa xhieda tassaħħa tal-kooperazzjoni tagħna u x-xewqa li nisimgħu u
ninvolvu lill-pubbliku Ewropew”.
Min-naħa tagħha, il-Viċi-President Wallström enfasizzat
ir-raġunijiet li wasslu għall-bżonn ta’ Protokoll ġdid ta’
kooperazzjoni. Is-Sinjura Wallström fakkret li “l-Kumitat
huwa organu istituzzjonali konsultattiv li miegħu lKummissjoni ilha tikkoopera sa mill-1958 u li miegħu
żviluppat kooperazzjoni ferm wiesgħa. Il-Kummissjoni
tagħraf ukoll ir-rwol importanti tal-Kumitat fil-governanza”.
Il-Protokoll ta’ kooperazzjoni preċedenti, li jmur lura għas-sena 2001, kien diġà għodda utli għall-kooperazzjoni iżda
ma kienx jindirizza żewġ suġġetti ewlenin: it-tkabbir ta’ l-UE u l-governanza. Il-Protokoll ta’ kooperazzjoni jikkunsidra
dawn il-fatturi l-ġodda u, filwaqt li jibqa’ fil-linja tal-Protokoll preċedenti, jintroduċi xi bidliet ewlenin:
l it-twaqqif ta’ għanijiet ta’ kooperazzjoni komuni bl-għan li
tissaħħaħ id-demokrazija parteċipattiva u d-djalogu mas-soċjetà
ċivili;
l l-għoti ta’ konsiderazzjoni għall-funzjonijiet usa’ tal-KESE, i.e. irrwol konsultattiv tiegħu fl-implimentazzjoni tal-politika ta’ l-UE, ir-rwol
tiegħu fit-tisħiħ tad-djalogu bejn l-istituzzjonijiet u s-soċjetà ċivili u rrwol tiegħu li jimmonitorja r-rwol ta’ l-UE fir-relazzjonijiet esterni;
José Manuel Barroso u Anne-Marie Sigmund
waqt l-iffirmar ta’ protokoll ġdid ta’
kooperazzjoni bejn iż-żewġ istituzzjonijiet.
l it-titjib tal-komunikazzjoni mal-pubbliku: il-Kummissjoni u l-Kumitat
se jaħdmu flimkien aktar mill-qrib dwar il-politika tal-komunikazzjoni mal-pubbliku, dmir komuni għall-istituzzjonijiet kollha, bl-għan li
jinħoloq forum pubbliku Ewropew għad-djalogu u dibattitu;
l it-twaqqif u l-ftehim dwar prijoritajiet komuni fi ħdan il-qafas talprogrammi taż-żewġ istituzzjonijiet u titjib fil-kooperazzjoni bejn issezzjonijiet tal-Kumitat u d-Direttorati-Ġenerali tal-Kummissjoni;
l l-appoġġ mill-Kummissjoni għad-djalogu strutturat tal-KESE ma’ l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili permezz
tal-grupp ta’ kooperazzjoni tal-KESE;
l kooperazzjoni akbar f’oqsma politiċi ewlenin: l-Istrateġija ta’ Liżbona, l-iżvilupp sostenibbli, il-bidliet strutturali,
analiżi ta’ l-impatt u implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni Komunitarja, relazzjonijiet esterni.
F’DIN L-EDIZZJONI
• L-Istrateġija ta’ Liżbona: Il-KESE jiddispjaċih minn nuqqas kontinwu ta’ responsabbiltà
GĦAD-DJARJU TIEGĦEK
paġna 2
•
14 ta’ Diċembru 2005: Avveniment kulturali Ingliż
fil-KESE: fl-okkażjoni tal-Presidenza tar-Renju Unit, ilmembri Ingliżi jistidnuk tiskopri r-rikkezzi kulturali ta’
dan il-pajjiż.
•
15 ta’ Diċembru 2005: Il-Kummissarju għallKompetizzjoni Neelie Kroes se żżur il-Kumitat biex
tiddiskuti l-politika futura dwar il-kompetizzjoni.
• Il-Laqgħa Ministerjali ta’ l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ f’Ħong Kong għandha twassal
ukoll riżultati ambizzjużi għall-pajjiżi l-anqas żviluppati!
paġna 2
• L-iStakeholders’ Forum dwar “Negħlbu d-Distanza: kif se nqarrbu l-Ewropa lejn iċ-ċittadini tagħha?”
ressaq numru ta’ rakkomandazzjonijiet konkreti
• Nikkomunikaw l-Ewropa fl-Istati Membri: Civiliáda 2005 f’Budapest
paġna 3
paġna 4
KESE-INFO / Novembru 2005 / 
L-Istrateġija ta’ Liżbona: Il-KESE jiddispjaċih minn
nuqqas kontinwu ta’ responsabbiltà
na u l-globalizzazzjoni, l-UE għandha tiffoka aktar fuq
kwistjonijiet ewlenin bħar-riċerka u l-iżvilupp, l-enerġija
u s-sigurtà fid-dinja. Hu esprima t-tama li rapporti politiċi
qosra u speċifiċi jgħinu lill-Kummissjoni biex toħloq bażi
preċiża għas-Summit tar-Rebbiegħa li jmiss, biex il-Kunsill
ikun jista’ jagħti direzzjoni politika ċara.
Maria João Rodrigues waqt l-awdizzjoni pubblika tal-KESE.
Waqt awdizzjoni dwar l-Istrateġija ta’ Liżbona, organizzata
mill-KESE bejn it-8 u d-9 ta’ Novembru 2005, diversi organizzazzjonijiet tas-socjetà ċivili esprimew il-pożizzjonijiet
tagħhom dwar l-istat preżenti ta’ l-implimentazzjoni ta’
l-Istrategija. Il-Viċi-President tal-KESE, Roger Briesch
saħaq li l-UE kellha turi biċ-ċar li qed tfittex soluzzjoni
għat-tħassib taċ-ċittadini, b’mod speċjali, dawk l-aktar
fundamentali bħax-xogħol. L-Istrateġija kellha l-għan li
tipprovdi dik it-tweġiba, iżda nuqqas sħiħ ta’ involviment
tas-soċjetà ċivili għamilha diffiċli li l-messaġġ jasal għand
kulhadd. Huwa spjega li l-bżonn li s-soċjetà ċivili ssemma’ leħinha fuq livell Ewropew issaħħaħ aktar wara li labbozz tat-Trattat Kostituzzjonali kien miċħud fl-Olanda
u Franza. Mario Joao Rodriguez, Konsulent Speċjali talKummissjoni Ewropea dwar l-Istrateġija ta’ Liżbona, insista li l-Istati Membri għandhom isaħħu l-implimentazzjoni tad-deċiżjonijiet meħuda b’mod konġunt fi Brussell.
Steven Effingham, Kap tad-Diviżjoni ta’ l-UE fi ħdan idDipartiment tax-Xogħol u Pensjonijiet fir-Renju Unit,
ippreżenta l-opinjoni tal-Presidenza tar-Renju Unit dwar
il-prospetti għal implimentazzjoni aħjar ta’ l-Istrateġija.
Biex jiġu trattati sfidi bħaż-żieda fil-popolazzjoni anzja-
Kelliema mill-KESE, minn entitajiet reġjonali, mill-Kumitat
tar-Reġjuni u minn organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili
oħra ppreżentaw diversi eżempji u inizjattivi tajbin.
Is-Sinjura Schachinger mill-Aġenzija tal-Maniġment
Teknoloġiku u Żvilupp Reġjonali ta’ l-Awstrija ta’ Fuq uriet
kif, per eżempju, għaqdiet industrijali bbażati fuq konsultazzjoni intensiva bejn awtoritajiet lokali u msieħba
soċjali taw kontribut għal żvilupp b’suċċess tar-reġjun.
Fir-rigward tas-soċjetà ta’ l-għarfien, ir-rapporteur talKESE Jan Olsson, esprima d-dispjaċir li l-aqwa prattika mhix sfruttata kif jixraq fi ħdan l-UE. Dr Susanne
Kentner, esperta tal-KESE u Kap ta’ l-Uffiċċju ta’ Brussell
ta’ l-Assoċjazzjoni taċ-Ċentri Nazzjonali ta’ Riċerka ta’
Heimholz, fakkret fl-għan ta’ Barċellona, fejn il-gvernijiet
Ewropej iddeċidew li sas-sena 2010, 3 fil-mija tal-PGN jibdew jintefqu fuq ir-riċerka: “Bħalissa l-infiq għar-riċerka
jinsab staġnat fl-ammont ta’ 1.39 fil-mija. Jekk ma jkunx
hemm żvilupp b’saħħtu, iċ-Ċina sa tilħaq l-għanijiet ta’ lIstrateġija ta’ Liżbona ħafna qabel l-UE.” F’dan il-kuntest,
Hubert Bouchet (KES Franċiż) saħaq fuq l-importanza li
jiġu kkultivati l-kapaċitajiet ta’ kull individwu biex b’hekk
ir-riskju ta’ eċċess uman jiġi evitat.
Sitwazzjoni mħallta ġiet ippreżentata fir-rigward ta’l-Istati
Membri l-ġodda. Marian Krzaklewski, Membru tal-KESE u
tal-Kummissjoni Pollakka Tripartitika qal: “B’0.34 fil-mija
tal-PGD, il-Polonja tonfoq ftit wisq fuq l-R&D.” Hu rrefera
wkoll, b’mod negattiv, għar-rati baxxi ta’ assorbiment tarriżorsi mill-fondi strutturali tal-Polonja. F’isem il-KESE u lKES Ungeriż, Jonas Toth ħabbar konferenza ta’ livell għoli
li għandha ssir fil-bidu ta’ Marzu 2006, lejlet is-summit
tar-Rebbiegħa f’Budapest. Hu qal li: “il-Konferenza se tippermetti lill-policy makers minn madwar l-Ewropa kollha
biex jiddiskutu mar-rappreżentanti tas-soċjetà ċivili dwar
l-istat ta’ l-implimentazzjoni, biex jidentifikaw sfidi futuri
u prattiċi pożittivi li jirriżultaw mill-esperjenzi varji fl-Istati
Membri.”
Matul l-awdizzjoni, ir-rwolijiet tal-Kummissjoni, l-Istati
Membri, u l-parteċipanti pubbliċi u privati ġew diskussi
b’mod kritiku u vivaċi. Il-Viċi-President tal-KESE, Dimitrios
Dimitriadis ikkonkluda billi qal li kien għad hemm bżonn
ta’ kjarifika tar-responsabbiltajiet differenti. Huwa fakkar
li l-KESE u l-KES nazzjonali qed jippreparaw rapport
konġunt dwar l-implimentazzjoni ta’ l-istrateġija, wara rrapport ta’ nofs it-terminu. Fi ħdan il-qafas ta’ analiżi talKESE, dan ir-rapport għandu jixħet dawl fuq il-ħidma ta’
kull KES fir-rigward ta’ l-implimentazzjoni ta’ l-Istrateġija
ta’ Liżbona fuq livell nazzjonali u jagħti lir-rappreżentanti
tas-soċjetà ċivili l-opportunità li jesprimu l-opinjoni
tagħhom dwar l-istat ta’ l-Istrateġija fil-preżent u s-sehem
li ngħatalhom mill-awtoritajiet kompetenti nazzjonali. Dan ir-rapport għandu jiġi ppreżentat flimkien ma’
xogħlijiet oħra tal-KESE u ta’ organizzazzjonijiet tassoċjetà ċivili oħra fil-konferenza ta’ livell għoli li għandha
sseħħ lejlet is-Summit tar-Rebbiegħa 2006.
Il-preżentazzjonijiet li saru matul il-laqgħa jistgħu jitniżżlu
mis-sit tal-KESE:
http://www.esc.eu.int/lisbon_strategy/index_en.asp
Il-Laqgħa Ministerjali ta’ l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ f’Ħong Kong
għandha twassal ukoll riżultati ambizzjużi għall-pajjiżi l-anqas żviluppati!
Il-President tal-KESE Anne-Marie Sigmund irrimarkat
fid-diskors tagħha tal-ftuħ li “s-suċċess tal-Konferenza
Ministerjali tal-WTO f’Ħong Kong iwassal biex jintbagħat
sinjal pożittiv u jsaħħaħ l-ekonomija globali quddiem
l-inċertezzi li huma kkawżati mill-prezzijiet għoljin
taż-żejt, il-problemi globali ta’ sigurtà u ż-żieda filprotezzjoniżmu.”
posti dwar it-tisħiħ ta’ trattament speċjali u differenzjali
għall-pajjiżi bl-akbar nuqqas ta’ żvilupp u dawk l-anqas
żviluppati.
Is-Sur Briesch jirrimarka l-importanza li jkun imsaħħaħ
id-djalogu dwar kwistjonijiet kummerċjali.
Diversi parteċipanti esprimew il-bżonn ta’ kjarifika akbar
tas-sitwazzjoni tal-pajjiżi li qed jiżviluppaw permezz ta’
distinzjoni ċara bejn dawk il-pajjiżi li waqgħu lura b’mod
persistenti, u oħrajn li diġà qed igawdu mill-benefiċċji
ta’ ekonomija emerġenti biex b’hekk il-komunità
kummerċjali internazzjonali tkun tista’ tindirizza b’mod
aktar effettiv il-bżonnijiet urġenti ta’ l-ifqar pajjiżi li qed
jiżviluppaw.
Fl-10 u l-11 ta’ Novembru 2005, il-KESE organizza seminar dwar “il-kontribuzzjoni tas-soċjetà ċivili organizzata
għall-ħidma tal-WTO: tfittxija ta’ governanza aħjar”. Dan
is-seminar ġabar 200 rappreżentant tas-soċjetà ċivili organizzata minn pajjiżi tat-Tramuntana u n-Nofsinhar: l-UE,
l-Afrika, il-Karibew, il-Paċifiku, l-Ażja u l-Amerika Latina u
anke minn diversi gruppi soċjo-okkupazzjonali.
Il-parteċipanti tas-seminar tkellmu dwar żieda fit-trasparenza u l-ftuħ ta’ l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ
(WTO) fil-konfront tal-pubbliku ġenerali matul dawn
l-aħħar snin. Diversi kelliema semmew il-Kummissjoni
Ewropea bħala eżempju pożittiv ta’ kif rappreżentanti
tas-soċjetà ċivili jistgħu jiġu involuti f’diskussjonijiet dwar
il-politika tal-kummerċ.
Is-seminar ipprovda l-opportunità biex jiġu ppreżentati
l-opinjonijiet tas-soċjetà ċivili dwar il-Laqgħa Ministerjali
tal-WTO f’Ħong Kong mit-13 sat-18 ta’ Diċembru; biex
ikun diskuss dwar kif se tkun żviluppata dimensjoni verament immirata lejn l-iżvilupp għan-Negozjati ta’ Doha;
u biex ikunu identifikati mezzi biex l-Organizzazzjoni
Dinjija tal-Kummerċ issir aktar trasparenti u f’pożizzjoni li
twieġeb għat-tħassib tal-pubbliku.
Is-seminar ġabar flimkien madwar 200 rappreżentant tas-soċjetà
ċivili organizzata fl-Istati Membri ta’ l-UE u f’pajjiżi terzi.
Il-parteċipanti esprimew tħassib dwar il-mod kif id-dimensjoni ta’ l-iżvilupp matul in-Negozjati ta’ Doha jidher li ntilfet fost enfasi dejqa u limitata fuq l-interessi
nazzjonali. Il-parteċipanti osservaw b’mod kritiku li ftit li
xejn sar progress fil-qasam ta’ l-implimentazzjoni tal-pro-
F’konklużjoni tas-seminar, il-Viċi-President tal-KESE,
Roger Biersch tkellem dwar l-impenn tal-Kumitat li jorganizza laqgħat b’parteċipazzjoni tas-soċjetà ċivili qabel kull Konferenza Ministerjali tal-WTO. Il-KESE jixtieq
għalhekk ikompli jsaħħaħ id-djalogu dwar kwistjonijiiet
kummerċjali internazzjonali ma’ rappreżentanti ta’ kunsilli ekonomiċi u soċjali u rappreżentanti tas-socjetà ċivili
minn Stati Membri ta’ l-UE u minn pajjiżi terzi.
KESE-INFO / Novembru 2005 / 
L-iStakeholders’ Forum dwar “Negħlbu d-Distanza: kif se nqarrbu
l-Ewropa lejn iċ-ċittadini tagħha?” ressaq numru
ta’ rakkomandazzjonijiet konkreti
gruppi tax-xogħol ħejjew listi ta’ rakkomandazzjonijiet
konkreti (disponibbli fuq is-sit tal-KESE – l-indirizz jidher
hawn taħt). Fit-tieni ġurnata, il-parteċipanti vvutaw fuq
it-temi li kkunsidraw bħala l-aktar importanti. Dawn kienu:
© Godelieve Vandamme
Is-Sur Briesch waqt dibattitu matul il-Forum.
L-aktar proposti interessanti
kienu diskussi ma’ Margot
Wallström.
Il-Viċi-President Roger Briesch, filwaqt li rrimarka għannuqqas ta’ grupp tax-xogħol dwar is-suġġetti sensittivi ta’
l-impjiegi u l-politika soċjali, ta twissija qawwija lill-Forum
u l-parteċipanti tiegħu biex ma jinsewx ir-rwol kruċjali li
għandu jkollu d-djalogu soċjali. Hu enfasizza li d-djalogu
soċjali u ċivili għandhom ikunu komplimentari u li d-distanza mhux se tkun megħluba jekk wieħed minnhom
ikun minsi.
© Godelieve Vandamme
appoġġ lil dawn l-isforzi. Is-Sinjura Sigmund enfasizzat
ukoll ir-rwol kruċjali tal-kultura u l-kooperazzjoni kulturali li jistgħu u għandhom ikollhom biex jibnu sens ta’
sentiment Ewropew.
© Godelieve Vandamme
L-isfida tat-tqarrib lejn xulxin ta’ lEwropa u ċ-ċittadini tagħha kienet
it-tema ewlenija ta’ Stakesholders’
Forum innovattiv dwar “Negħlbu
d-Distanza: kif se nqarrbu l-Ewropa
lejn iċ-ċittadini tagħha” organnizat
mill-KESE b’kooperazzjoni millqrib mal-Kummissjoni Ewropea.
Il-Forum ġabar flimkien 200
parteċipant, li varjaw mill-istituzzjonijiet differenti ta’ l-UE, numru kbir ta’ “multiplikaturi”
(ġurnalisti, speċjalisti tal-komunikazzjoni) għall-istakeholders infushom, li kienu r-rappreżentanti tas-soċjetà ċivili
organizzata fl-Istati Membri. Fil-preżenza ta’ mistiedna
fosthom Margot Wallström, Viċi-President tal-Kummissjoni
responsabbli għall-Komunikazzjoni, Vladimir Špidla,
Kummissarju għall-Impjiegi, l-Affarijiet Soċjali u lOpportunitajiet Indaqs, Jo Leinen, Chairman tal-Kumitat
għall-Affarijiet Kostituzzjonali tal-Parlament Ewropew u
Andrew Duff, il-ko-rapporteur tal-PE dwar il-‘perjodu ta’
riflessjoni’, il-gruppi tax-xogħol tal-Forum ikkonċentraw
fuq aktar minn tletin tema konkreta marbuta ma’ l-isfida
ġenerali biex “negħlbu d-distanza”.
Il-metodu open space hu
ddisinjat biex iħeġġeġ lakbar livell possibbli ta’
parteċipazzjoni u kreattività
fost il-parteċipanti.
- Kif se nressqu l-Ewropa aktar lejn iż-żgħażagħ?
- Kif tista’ l-vuċi tas-soċjetà ċivili tinstema’ fuq livell ta’
l-UE?
- Għalfejn iċ-ċittadini għandhom ifittxu, jisimgħu u jinvolvu lilhom infushom f’temi dwar l-UE?
© Godelieve Vandamme
- Kif se nikkomunikaw l-UE lill-pubbliku ġenerali: ir-rwol
u r-responsabbiltà tal-midja.
Rappreżentanti tal-gruppi tax-xogħol ta’ prijorità kienu
mistiedna jiddiskutu r-rakkomandazzjonijiet tagħhom
flimkien ma’ bord kompost mill-President tal-KESE AnneMarie Sigmund, il-Viċi-President tal-Kummissjoni Margot
Wallström u l-Viċi-President tal-KESE Roger Briesch (lex-President tal-KESE u attwalment President tal-Grupp
tal-Komunikazzjoni tal-KESE). Id-diskussjonijiet tmexxew
mill-editur ta’ EurActiv, Willy De Backer.
Is-Sinjura Wallström tenfasizza l-importanza li jkunu involuti
ċ-ċittadini fil-proġett Ewropew.
Fid-diskors tagħha, Margot Wallström argumentat li lUE tista’ taħdem biss jekk “il-poplu jkun parti mill-istorja
kollha”, jiġifieri li jkun possibbli biex jirrelataw u jidentifikaw lilhom infushom ma’ proġett bħala esperjenza komuni. F’dan ir-rigward l-Ewropa, bħala proġett politiku,
għandha ttejjeb ir-rendiment tagħha, billi tippermetti liċċittadini jħossuhom li l-UE hi tagħhom ukoll.”
Il-Kummissarju Vladimír Špidla waqt l-inawgurazzjoni
ta’ l-iStakeholders’ Forum.
Permezz ta’ l-użu tal-metodu innovattiv ta’ l-open space,
immexxi mill-Professur Gert Fieguth, espert dwar dan ilmetodu mill-Università ta’ Kehl, il-parteċipanti tal-Forum
organizzaw lilhom infushom fi gruppi tax-xogħol ta’ daqs
differenti li ddiskutew aktar minn tletin tema magħżula
minnhom stess dwar kif tista’ “tingħeleb id-distanza”. Il-
Vladimir Špidla, il-Kummissarju għall-Impjiegi, l-Affarijiet
Soċjali u l-Opportunitajiet Indaqs, li, flimkien malPresident Sigmund, fetaħ il-Forum, insista li l-komunikazzjoni għandha tkun proċess fuq iż-żewġ naħat.
Huwa ddikjara li “l-Unjoni m’għandhiex biss tinforma liċċittadini dwar l-Ewropa; għandha tismagħhom u tikkunsidra l-opinjonijiet tagħhom. L-istrateġija innovattiva
tal-KESE tipprovdi opportunità eċċellenti għall-UE biex
tisma’.
Il-President tal-KESE Anne-Marie Sigmund ħeġġet lillparteċipanti kolha biex jaħsbu dwar kif jistgħu jorganizzaw dibattiti u fora simili fil-pajjiżi tagħhom. Il-KESE
se jagħmel dak kollu li hu possibbli għalih biex jagħti
© Godelieve Vandamme
Il-metodu open space: l-ebda diskors twil, l-ebda aġenda
dettaljata, l-ebda riżultat ippreparat minn qabel. Il-Forum
għalhekk hu oriġinali, kreattiv, produttiv u mimli sorpriżi.
© Godelieve Vandamme
© Godelieve Vandamme
© Godelieve Vandamme
Ta’ min jinnota barra l-erba’ temi ta’ prijorità, kif ivvutati mill-parteċipanti, kienu d-diversi gruppi tax-xogħol
Jilian van Turnhout, rapporteur ta’ l-Opinjoni tal-KESE
dwar il-perjodu ta’ riflessjoni.
Is-Sinjura Carparelli, Assistenta-Kap ta’ l-Uffiċċju Privat ta’ Margot
Wallström, tipproponi s-suġġett “Għalfejn in-nies għandhom
jinvolvu, jisimgħu, u jimpenjaw lilhom infushom għall-affarijiet
Ewropej” bħala suġġett għad-diskussjoni.
li kkonċentraw dwar it-tema ta’ l-inizjattiva taċ-ċittadini
(l-Artikolu 47 ta’ l-abbozz tat- Trattat Kostituzzjonali). Fiddiskussjoni li saret, Margot Wallström issuġġeriet li l-KESE
(Ikompli f' paġna 4)
KESE-INFO / Novembru 2005 / 
Civiliáda 2005 f’Budapest
Pjan speċifiku għall-komunikazzjoni ta’ l-Ewropa fl-Ungerija
Għal ħafna ċittadini Ewropej, Brussell tinsab ’il bogħod
ħafna – mhux biss f’termini ġeografiċi iżda anke millħsibijiet ta’ kuljum. Għalhekk “Brussell” għandha tersaq
qrib l-Istati Membri, ir-reġjuni u l-ibliet biex tkun aktar
qrib tal-pubbliku. Il-membri Ungeriżi tal-KESE ħadu din
l-inizjattiva.
soċjali u ekoloġiċi, l-Istrateġija ta’ Liżbona, toffri risposti
għal mudell distintiv ta’ soċjetà Ewropea u għalhekk ta’
identità Ewropea.
Fl-istess waqt li kienet għaddejja l-konferenza, il-Kunsill
Ekonomiku u Soċjali Ungeriż stieden lill-KESE biex jorganizza konferenza konġunta dwar l-Istrateġija ta’ Liżbona
u l-implimentazzjoni tagħha fl-Istati Membri. Din il-konferenza għandha sseħħ fil-jiem ta’ preparazzjoni għallKunsill Ewropew fir-Rebbiegħa 2006.
Matul id-dibattitu, is-Sinjura Sigmund irrimarkat l-importanza tad-demokrazija parteċipattiva u d-djalogu ċivili. Hi
żiedet tgħid li “ċ-ċittadini għandhom ikunu involuti ħafna
aktar milli darba kull erba’ snin għall-elezzjonijiet. Id-djalogu ċivili m’huwiex biss konsultazzjoni, iżda għandu
jkun mekkaniżmu li jimxi minn isfel għal fuq, li jassigura
d-dritt taċ-ċittadin li jieħu sehem b’mod attiv”.
(Ikompli ma' paġna 3)
għandha torganizza bord jew diskussjoni dwar kif tista’
tiġi esplorata aktar din it-tema.
Jitħabbar il-“Pjan D” Ungeriż
Fuq stedina ta’ l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili
Ungeriża, is-Sinjura Anne-Marie Sigmund, President
tal-KESE, għamlet diskors dwar il-valuri u l-interessi ta’
l-Ewropa fiċ-ċerimonja tal-ftuħ ta’ Civiliáda 2005. Din lgħaxar “tieqa” ta’ l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili
Ungeriżi saret f’Budapest fit-13 u l-14 ta’ Ottubru. “LEwropa għandha bżonn tiddiskuti l-valuri u l-għanijiet futuri tagħha fuq l-aktar bażi wiesgħa possibbli, billi tinvolvi liċ-ċittadini direttament”, iddikjarat is-Sinjura Sigmund.
Is-soċjetà ċivili għandha rwol kruċjali għaliex tinvolvi
liċ-ċittadini, isservi bħala mezz ta’ komunikazzjoni bejn ilpubbliku u dawn id-diskussjonijiet dwar l-Ewropa.
Il-parteċipanti waqt il-ħidma dwar ir-riżultati tal-Forum.
Dwar x’għandu jsir aktar ’il quddiem, Anne-Marie
Sigmund esprimiet ix-xewqa tal-Kumitat li joħroġ minn
Brussell u jorganizza Fora simili fl-Istati Membri, b’mod li
dan id-dibattitu jasal għand iċ-ċittadini u jinvolvihom fuq
livell reġjonali u lokali.
L-għanijiet ta’ Liżbona: parti minn identità
Ewropea emerġenti
Il-membru tal-KESE Ungeriż Miklós Barabás iddikjara li ssoċjetà ċivili Ungeriża “kienet qed issir adulta wara 15-il
sena ta’ żvilupp”. Huwa qal li l-komunità kummerċjali u lGvern bdew iqisu lill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili
bħala msieħba validi fuq l-istess livell. Hu jara r-rwol talmembri Ungeriżi tal-KESE bħala faċilitaturi biex iressqu
l-livell ta’ l-UE f’kuntatt mas-soċjetà ċivili fl-Istati Membri.
Laszlo Kovacs, il-Kummissarju Ungeriż għat-Tassazzjoni u
l-Unjoni Doganali, sejjaħ lis-soċjetà ċivili u partikolarment
lill-KESE biex iwettqu riflessjoni dwar il-Kostituzzjoni.
Skond is-Sinjura Sigmund, l-Istrateġija ta’ Liżbona tista’ tiġi
meqjusa bħala parti minn identità Ewropea emerġenti.
Permezz ta’ l-għaqda ta’ aspetti ekonomiċi ma’ dawk
Il-President Sigmund u l-membri tal-KESE Miklós Barabás
u János Tóth ħadu sehem f’dibattitu mar-rappreżentanti
tas-soċjetà ċivili u ma’ dawk li żaru ċ-Civiliáda Showcase.
KESE-INFO / Novembru 2005 / 
Editur • Karel Govaert
Assistenti-Edituri • Christian Weger
• Agata Berdys
Indirizz: Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
99 Rue Belliard, B-1040 Brussell, Il-Belġju
Tel. (+ 32 2) 546 93 96 jew 546 95 86
Fax (+ 32 2) 546 97 64
Posta elettronika: [email protected]
Internet: http://www.esc.eu.int
Anne-Marie Sigmund u Margot Wallström jistudjaw ir-riżultati
tal-Forum.
Min-naħa tagħha, Is-Sinjura Wallström assigurat lillparteċipanti li r-riżultati u r-rakkomandazzjonijiet talForum se jkunu kkunsidrati fit-tħejjija tal-White Paper talKummissjoni dwar strateġija ta’ komunikazzjoni għall-UE.
Hi qalet ukoll li din il-ġurnata tista’ sservi ta’ eżempju ċar
dwar kif għandu jitmexxa d-dibattitu dwar il-futur ta’ lEwropa bħala proċess politiku – bħala proċess inklussiv,
parteċipattiv u li jaċċetta d-differenzi.
Ir-riżultati kollha tal-gruppi tax-xogħol huma disponibbli
fuq is-sit tal-Forum:
http://www.esc.eu.int/stakeholders_forum/index_
en.asp
EESC Info hi disponibbli b’xejn f’format elettroniku mis-servizz
ta’ l-istampa tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew. Hi disponibbli f’għoxrin lingwa. Disa’ ħarġiet huma ppubblikati fis-sena.
EESC Info m’huwiex rendikont uffiċjali tal-ħidma tal-KESE; għal
dan, inti mitlub tara Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea jew ilpubblikazzjonijiet l-oħra tal-KESE.
© Godelieve Vandamme
Is-Sur Barabás matul id-diskussjoni mal-membri tal-pubbliku.
© Godelieve Vandamme
Anne-Marie Sigmund fil-Parlament Ungeriż.
Ir-riproduzzjoni hi permessa bl-inklużjoni ta’ EESC-Info bħala ssors u għandha tintbagħat kopja lill-editur.
Verżjoni PDF ta’ din in-newsletter hi disponibbli fuq
is-sit tal-KESE:
Stampar: 48,500 kopja
http://www.esc.eu.int/press/eescinfo/index_en.asp
Il-ħarġa li jmiss: Diċembru 2005.
Il-MPE Jo Leinen u Andrew Duff waqt id-diskussjoni.
QE-AA-05-010-MT-C
Iċ-ċerimonja tal-ftuħ ta’ l-avveniment Civiliáda 2005.
Bħala reazzjoni għall-pubblikazzjoni tal-“Pjan D” talKummissjoni, dwar id-Demokrazija, id-Djalogu u dDibattitu, membri tal-KESE Ungeriżi ħabbru l-preparazzjoni tagħhom għall-“Pjan D” Ungeriż. L-ewwel inizjattivi
meħuda bħala parti minn dan il-pjan kienu ppreżentati
fl-iStakeholders’ Forum tal-KESE f’Novembru dwar it-tema
“Negħlbu d-Distanza: kif se nqarrbu l-Ewropa lejn iċċittadini tagħha?” (ara paġna 3) Numru kbir ta’ azzjonijiet
konkreti ġew proposti, bħal per eżempju forum dwar
l-isfida li ġġib magħha l-komunikazzjoni ta’ l-Ewropa u
l-ħolqien ta’ “Pjan D” f’Budapest f’Diċembru 2005, kompetizzjonijiet ta’ essays ġurnalistiċi minn żgħażagħ dwar
il-viżjonijiet tagħhom ta’ l-Ewropa fis-sena 2015, eċċ.

Similar documents

L-Istrateġija Nazzjonali tal-Litteriżmu għal

L-Istrateġija Nazzjonali tal-Litteriżmu għal Aħna nqisu l-ħidma sfiqa li qiegħda ssir biex ngħollu l-livell tal-litteriżmu f’pajjiżna bħala kruċjali għall-inklużjoni soċjali. Il-mitt miżura ta’ politika u fuqhom li tipproponi l-Istrateġija Na...

More information