L-Istrateġija Nazzjonali tal-Litteriżmu għal
Transcription
L-Istrateġija Nazzjonali tal-Litteriżmu għal
L-ISTRATEĠIJA NAZZJONALI TAL-LITTERIŻMU GĦAL KULĦADD F’MALTA U GĦAWDEX 2014-2019 1 2 STRATEĠIJA NAZZJONALI TAL-LITTERIŻMU L-ISTRATEĠIJA NAZZJONALI L-ISTRATEĠIJA NAZZJONALI LITTERIŻMU TAL-LITTERIŻMU KULĦAD F’MALTA U GĦAWDEX GĦALGĦAL KULĦADD F’MALTA U GĦAWDEX 2014-2019 2014-2019 Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol Ġunju 2014 1 2 STRATEĠIJA NAZZJONALI TAL-LITTERIŻMU Radd il-ħajr L-Istrateġija Nazzjonali tal-Litteriżmu għal Kulħadd f’Malta u Għawdex tfasslet mill-proposti mressqa mit-tmien gruppi ta’ ħidma konsultattivi (ara l-Appendiċi) imwaqqfa apposta mill-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol. Dan id-dokument tħejja u nkiteb miċ-Ċentru tal-Litteriżmu tal-Università ta’ Malta. Inroddu ħajr lill-individwi, l-edukaturi, l-iskejjel, il-kulleġġi, il-ġenituri u l-entitatjiet li taw il-kontribut tagħhom fit-tfassil ta’ din l-Istrateġija. Nirringrazzjaw b’mod partikolari lill-Unjin tal-Għalliema (MUT) u lill-Kummissjoni Nazzjonali għall-Promozzjoni tal-Ugwaljanza (NCPE). 3 4 STRATEĠIJA NAZZJONALI TAL-LITTERIŻMU Il-Werrej 6 Kelmtejn mill-Ministru 8 Sommarju Eżekuttiv 17 Introduzzjoni 18 X’nifhmu b’Litteriżmu 20 L-Irwol tal-Litteriżmu fl-Iżvilupp Personali u Soċjali 21 Il-Qafas tal-Kurrikulu Nazzjonali għal Kulħadd 22 Il-Prinċipji Ewlenin tal-Istrateġija 23 Programmi tal-Litteriżmu għall-Familja u fil-Komunità 25 Programmi mfassla mill-iskejjel fuq inizjattiva tagħhom u oħrajn 25 Inizjattivi Nazzjonali 26 Il-Qafas tal-Istrateġija Nazzjonali tal-Litteriżmu għal Kulħadd 28 L-Istruttura tal-Istrateġija Nazzjonali tal-Litteriżmu għal Kulħadd 28 Politika Bilingwi 29 Kunsiderazzjonijiet marbuta mad-Differenzi bejn in-Nisa u l-Irġiel 30 Il-Proċess ta’ Konsultazzjoni 31 Il-Proċess ta’ Implimentazzjoni 31 L-Ewwel Snin 34 Is-Snin Bikrin 35 L-Aħħar Snin tal-Primarja 38 Is-Snin tas-Sekondarja 42 Iż-Żgħażagħ 45 L-Adulti 47 It-Tfal b’Diffikultajiet u Diżabilitajiet Marbuta mat-Tagħlim 50 Ċittadini ta’ Pajjiżi Terzi 53 Il-Litteriżmu Diġitali 56 Referenzi 60 L-Appendiċi: Il-Gruppi ta’ Ħidma Konsultattivi 5 Kelmtejn mill-Ministru Aħna nqisu l-ħidma sfiqa li qiegħda ssir biex ngħollu l-livell tal-litteriżmu f’pajjiżna bħala kruċjali għall-inklużjoni soċjali. Il-mitt miżura ta’ politika u fuqhom li tipproponi l-Istrateġija Nazzjonali tal-Litteriżmu għal Kulħadd f’Malta u Għawdex saru bil-għan li niżguraw li t-tfal, iż-żgħażagħ u l-adulti kollha jkollhom l-opportunità jiksbu l-kompetenzi meħtieġa u b’hekk jgħixu l-ħajja fil-milja tagħha. Il-litteriżmu u l-kisba tiegħu huma suġġetti kumplessi li jeħtieġu l-impenn sħiħ u d-dedikazzjoni tal-ġenituri, l-għalliema, il-persuni li jieħdu ħsieb it-tfal, il-professjonisti, u s-soċjetà kollha. L-Istrateġija tagħna hija mifruxa tul il-ħajja, u tagħti prijorità b’mod ċar lill-ewwel snin u s-snin bikrin. Huwa proprju f’dan l-istadju tal-ħajja li kull tifel u tifla jsejsu l-pedamenti tal-litteriżmu tagħhom, liema pedamenti jiddeterminaw l-iżvilupp sħiħ tagħhom. L-Istrateġija tħeġġeġ u xxerred il-litteriżmu fl-oqsma kollha tal-ħajja u bejn il-ġenerazzjonijiet, u tisħaq fuq l-irwol ewlieni li għandhom il-familja u l-komunità fl-iżvilupp u l-kisba tal-litteriżmu ta’ kull tifel u tifla. Il-fatt li aħna bilingwi huwa ta’ vantaġġ kbir għalina għal bosta raġunijiet. Kemm il-Malti kif ukoll l-Ingliż huma importanti. Irridu nkomplu nagħmlu l-almu tagħna biex insaħħu dan il-bilingwiżmu billi niżguraw li t-tfal u ż-żgħażagħ tagħna jiġu esposti b’mod tajjeb għaż-żewġ lingwi. L-edukaturi tagħna jridu jkomplu jiżviluppaw u jirfinaw il-metodi tagħhom ta’ tagħlim tal-lingwi biex iqanqlu fl-istudenti l-ħajra għat-tagħlim u jimmotivawhom jieħdu r-riedni tat-tagħlim fi jdejhom, ngħidu aħna, permezz tat-teknoloġija tal-informatika u għodod oħrajn effettivi. Kuljum fl-iskejjel għandu jiġi ddedikat aktar ħin għall-qari bil-Malti u l-Ingliż fil-ħin li t-tfal iqattgħu l-iskola. Nistidnuk tingħaqad magħna f’dan il-proġett ambizzjuż ħafna, u ta’ sfida kbira. Biex intejbu l-litteriżmu rridu naħdmu lkoll flimkien, individwi u entitajiet, kulħadd b’tir wieħed, li jkollna soċjetà aħjar! Evarist Bartolo Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol 6 STRATEĠIJA NAZZJONALI TAL-LITTERIŻMU 7 Sommarju Eżekuttiv L-għan ġenerali tal-Istrateġija Nazzjonali tal-Litteriżmu għal Kulħadd f’Malta u Għawdex huwa li xxerred u żżid il-prattiki tajbin tal-litteriżmu tul il-ħajja kollha u fl-oqsma differenti tagħha, fost it-tfal, iż-żgħażagħ, l-adulti, iċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi u l-persuni li jsibuha bi tqila jitgħallmu. L-Istrateġija trid twassal biex il-ħidma b’risq il-litteriżmu li qiegħda ssir tagħti riżultati aħjar ħalli b’hekk joktru l-prattiki inklużivi u ż-żgħażagħ jiksbu kwalifiki akkademiċi ogħla u jkollhom prospetti ta’ xogħol aħjar. L-Istrateġija Nazzjonali tal-Litteriżmu għal Kulħadd f’Malta u Għawdex: - Tqis il-litteriżmu bħala element importanti għall-kisba tal-inklużjoni soċjali. Għaldaqstant, għandhom jittieħdu miżuri konkreti biex jiġi żgurat li kulħadd ikollu l-opportunità jikseb il-ħiliet bażiċi u b’hekk ikun jista’ jipparteċipa bis-sħiħ fis-soċjetà. - Tippromwovi l-ħsieb li l-komunità għandha tkun litterata ħalli b’hekk l-istudenti jingħataw l-opportunità jitgħallmu mill-esperjenzi tagħhom u jorbtu tiġribhom mal-istorja, il-kultura u l-identità tagħhom. B’aktar aċċess għal kotba u lingwi, tissaħħaħ id-demokrazija parteċipattiva. - Ixxerred politika bilingwi u l-bilitteriżmu fil-Malti u l-Ingliż. - Tisħaq li l-ġenituri u l-għalliema tal-klassi għandhom sehem ewlieni fl-iżvilupp tal-litteriżmu tat-tfal. Is-servizzi ta’ għajnuna għandhom jikkumplimentaw ix-xogħol fejjiedi li jagħmlu l-għalliema tal-klassi. - Tikkonsolida u tintegra aħjar l-inizjattivi u l-programmi eżistenti fil-qasam tal-litteriżmu biex dawn ikunu aktar effettivi u jagħtu aktar frott. - Tmexxi ’l quddiem il-metodu ta’ tagħlim magħruf bħala l-Litteriżmu Bilanċjat fejn l-aspetti tekniċi tal-qari u l-kitba jiġu mgħallma f’kuntest li l-istudenti jagħmlu sens mit-testi li jkunu qegħdin jaqraw u/jew jiktbu. 8 STRATEĠIJA NAZZJONALI TAL-LITTERIŻMU QARI MGĦAJJAT KITBA GĦAL RASEK QARI FLIMKIEN STUDJU TA’ KLIEM KITBA GWIDATA LITTERIŻMU BILANĊJAT KITBA INTERATTIVA QARI GWIDAT QARI GĦAL RASEK KITBA FLIMKIEN KITBA FUQ MUDELL Mudell ta’ Litteriżmu Bilanċjat 9 - Tħeġġeġ l-integrazzjoni tal-ħiliet tat-taħdit, il-qari u l-kitba. - Tipprovdi aktar opportunitajiet għal ħin iddedikat għall-qari bil-Malti u l-Ingliż fil-kurrikulu kollu fi ħdan il-qafas ta’ riferiment tal-Qafas tal-Kurrikulu Nazzjonali. - Tirrakkomanda li jkunu t-timijiet ta’ tmexxija tal-iskejjel flimkien mal-għalliema li jagħżlu liema strateġiji tal-litteriżmu għandhom jintużaw fil-klassijiet tal-iskola tagħhom billi huma jkunu jafu l-ħtiġijiet tal-istudenti tagħhom. Is-servizzi ċentrali għandhom ikunu hemm biex jagħtu l-għajnuna. - Tisħaq li għandu jkun hemm opportunitajiet għall-iżvilupp professjonali tal-edukaturi ta’ livelli differenti fit-tagħlim tal-litteriżmu. - Tħeġġeġ l-użu ta’ teknoloġiji ġodda fit-tagħlim tal-litteriżmu. - Tippromwovi aktar studji ta’ riċerka biex ikollna stampa aktar ċara tal-prattiki tal-litteriżmu f’Malta u Għawdex. -Ixxerred kuxjenza favur il-litteriżmu permezz ta’ inizjattivi nazzjonali, il-midja u miżuri li jiffavorixxu l-familja. L-objettivi ewlenin għall-Ewwel Snin tat-tfulija (0 – 3 snin) huma dawn li ġejjin: - Tingħaraf l-importanza tal-ħila tat-taħdit bħala prekursur tal-litteriżmu. - Jiżdied l-involviment tal-ġenituri u l-persuni li jieħdu ħsieb it-tfal ta’ din l-età fl-iżvilupp tal-litteriżmu tat-tfal tagħhom permezz ta’ programmi ta’ qari u rrakkontar ta’ stejjer bħal Aqra miegħi/Read with me. - Jitkattru l-ambjenti mogħnija bil-kotba, speċjalment fid-djar ta’ tfal u familji li ftit ikollhom kotba biex jiżdied il-qari fost it-tfal u l-ġenituri. - Jitjiebu l-proċeduri ta’ identifikazzjoni tal-ħtiġijiet u ta’ interventi bikrija. - Jingħataw aktar opportunitajiet ta’ żvilupp professjonali lil dawk li jaħdmu f’dan is-settur. - Titjieb il-kollaborazzjoni fil-promozzjoni tal-litteriżmu bejn id-diversi ministeri u aġenziji li jaħdmu b’risq dan il-qasam. 10 STRATEĠIJA NAZZJONALI TAL-LITTERIŻMU L-objettivi ewlenin għas-Snin Bikrin (mill-Kinder sat-2 sena tal-Primarja) huma dawn li ġejjin: - Tingħaraf l-importanza tal-ħila tat-taħdit bħala prekursur tal-litteriżmu. - Jitkattru l-ambjenti mogħnija bil-kotba, speċjalment fid-djar ta’ tfal u familji li ftit ikollhom kotba. - Issir enfasi fuq djalogu bis-sens bejn l-adulti u t-tfal. - Jixtered u jitħaddem il-Litteriżmu Bilanċjat. - Jiżdied il-ħin iddedikat għall-qari bil-Malti u l-Ingliż fil-kurrikulu kollu. - Jissaħħu l-proċeduri tal-iskrinjar tal-ħtiġijiet u tat-tfassil tal-profil tat-tfal biex jiġi żgurat li jkun hemm intervent f’waqtu. - Il-ġenituri u l-persuni li jieħdu ħsieb tfal ta’ din l-età jingħataw l-appoġġ kollu meħtieġ biex ikunu jistgħu jgħinu lit-tfal tagħhom jiksbu l-ħiliet tal-litteriżmu. - Jitkabbru u jiżdiedu l-libreriji fil-klassijiet u fl-iskejjel. - L-iskejjel għandu jkollhom politika ċara kif se jgħallmu l-litteriżmu bil-Malti u l-Ingliż. L-objettivi ewlenin għall-Aħħar Snin tal-Primarja huma dawn li ġejjin: - Jitwaqqfu Timijiet tal-Litteriżmu f’kull kulleġġ li jkunu magħmula minn Kap tad-Dipartiment tal-Litteriżmu, għalliema tal-litteriżmu u għalliema oħra. - Fil-pjan ta’ żvilupp tal-iskejjel kollha, il-litteriżmu jingħata prijorità u jkun jinkludi pjan/ijiet ta’ azzjoni relevanti. - L-iskejjel kollha jingħataw l-informazzjoni meħtieġa biex fuqha jibbażaw il-pjan/ijiet ta’ żvilupp u l-pjan/ijiet ta’ azzjoni tagħhom. - Jixtered u jitħaddem il-Litteriżmu Bilanċjat. - Jiżdied il-ħin iddedikat għall-qari bil-Malti u l-Ingliż fil-kurrikulu kollu. - Jixterdu l-istrateġiji tal-Qari Flimkien (shared reading) u l-Qari Gwidat (guided reading). - Jissaħħu l-proċeduri ta’ identifikazzjoni tal-ħtiġijiet u tat-tfassil tal-profili tat-tfal biex jiġi żgurat li jkun hemm intervent f’waqtu. - Jitkabbru u jiżdiedu l-libreriji fil-klassijiet u fl-iskejjel. - Jiġu stabbiliti proċeduri biex l-iskejjel ikollhom ambjent xieraq għall-istudenti diżlessiċi. 11 L-objettivi ewlenin għas-Snin tas-Sekondarja huma dawn li ġejjin: - Fil-Pjan ta’ Żvilupp tal-Iskejjel ikun hemm Politika fuq il-Litteriżmu mfassla mill-maniġment tal-iskola. - Kull skola għandha tevalwa s-sitwazzjoni tal-litteriżmu tagħha u tfassal pjan ta’ azzjoni mat-Tim tal-Litteriżmu u b’konsultazzjoni mal-Uffiċjali Edukattivi tal-Malti, l-Ingliż u l-Litteriżmu. - Jixtered u jitħaddem il-Litteriżmu Bilanċjat. - Jiżdied il-ħin iddedikat għall-qari bil-Malti u l-Ingliż fil-kurrikulu kollu. - Jiġi żviluppat portfolju għall-istudenti bil-kisbiet li jagħmlu fil-litteriżmu. - Jissaħħaħ il-Programm tal-Kurrikulu Bażiku (CCP). - Jingħataw aktar opportunitajiet ta’ żvilupp professjonali kontinwu lill-istaff biex ikompli jiżviluppa l-ħiliet tiegħu. - Jitkabbru u jiżdiedu l-libreriji tal-iskejjel. - Jiġu stabbiliti proċeduri biex l-iskejjel ikollhom ambjent xieraq għall-istudenti diżlessiċi. L-objettivi ewlenin għaż-Żgħażagħ huma dawn li ġejjin: - Jissaħħu u jiżdiedu l-programmi tal-ħiliet bażiċi maħsuba għaż-żgħażagħ. - Tingħata akkreditazzjoni lill-programmi tal-ħiliet bażiċi biex jiġi żgurat li jkunu rikonoxxuti aktar, fost oħrajn minn min iħaddem, u biex iwittu t-triq għat-tkomplija ta’ studji avvanzati u ogħla. - Jiġi żgurat li l-persuni b’diffikultajiet u b’diżabilitajiet marbuta mat-tagħlim jingħataw l-għajnuna biex itejbu l-ħiliet tagħhom fil-litteriżmu permezz ta’ programmi mfassla apposta għalihom, u permezz tal-użu tat-teknoloġija. - Jiżdiedu l-opportunitajiet għall-iżvilupp ta’ programmi ta’ tagħlim integrat u metodoloġiji innovattivi oħra. - Joktru u jixterdu l-programmi formali u mhux formali ta’ litteriżmu għall-komunità fiċ-ċentri tal-komunità. - Isir użu aktar effettiv tat-teknoloġiji l-ġodda u tan-netwerks soċjali fit-tagħlim tal-litteriżmu liż-żgħażagħ. 12 STRATEĠIJA NAZZJONALI TAL-LITTERIŻMU L-objettivi ewlenin għall-Adulti huma dawn li ġejjin: - Jiżdiedu l-opportunitajiet għall-iżvilupp professjonali tal-edukaturi tal-Malti u l-Ingliż li jaħdmu fil-qasam tal-litteriżmu tal-adulti. - Jitħeġġeġ l-iżvilupp ta’ għodod u materjali xierqa għat-tagħlim tal-litteriżmu tal-adulti bil-Malti u l-Ingliż. - Titwaqqaf sistema ta’ akkreditazzjoni effiċjenti u ta’ min joqgħod fuqha għall-programmi tal-ħiliet bażiċi tal-adulti. Dawk li jipprovdu dawn is-servizzi għandhom ikun mgħarrfa bil-benefiċċji ta’ din l-akkreditazzjoni. - Jiżdiedu l-programmi tal-litteriżmu għall-familja. - Aktar kunsilli lokali u libreriji lokali jinvolvu ruħhom fi programmi ta’ litteriżmu għall-adulti li jsiru fil-komunità. - Jiġu pprovduti aktar programmi tal-litteriżmu li jwasslu għal impjieg għall-adulti qiegħda u bi ftit kwalifiki. - Jiġu offruti programmi tal-litteriżmu u l-ħiliet bażiċi lir-residenti tal-faċilitajiet korrettivi biex dawn jerġgħu jintegraw ruħhom fis-soċjetà. Dawn il-programmi jistgħu jkunu marbuta mas-sistema tal-parole u hekk titħeġġeġ il-parteċipazzjoni tal-persuni kkonċernati. - Jiġi żgurat li l-persuni b’diffikultajiet u b’diżabilitajiet marbuta mat-tagħlim jingħataw l-għajnuna biex itejbu l-ħiliet tagħhom tal-litteriżmu permezz ta’ programmi mfassla apposta għalihom, u permezz tal-użu tat-teknoloġija. - Jitħeġġu skemi ta’ taħriġ ma’ min iħaddem biex jiġu pprovduti korsijiet fil-litteriżmu u fl-edukazzjoni bażika fuq il-post tax-xogħol. L-objettivi ewlenin għat-Tfal b’Diffikultajiet u b’Diżabilitajiet marbuta mat-Tagħlim huma dawn li ġejjin: - Tissaħħaħ is-sistema ta’ riferiment ibbażata fuq tliet livelli, fi kliem ieħor l-għalliem/a tal-klassi, il-professjonisti tal-iskola u l-professjonisti esterni. - Jiżdied l-iżvilupp professjonali kontinwu tal-għalliema u l-persuni l-oħra li jaħdmu f’dan il-qasam fl-iżvilupp tal-ħiliet tal-litteriżmu. - Is-servizzi speċifiċi li jingħataw lil studenti b’diffikultajiet u b’diżabilitajiet marbuta mat-tagħlim ikopru firxa usa’ ta’ diffikultajiet marbuta mat-tagħlim. 13 - Issir promozzjoni tat-tagħlim multisensorjali fis-suġġetti kollha mgħallma l-iskola. - L-istudenti li jaqgħu lura ħafna fil-litteriżmu jingħataw programmi intensivi ta’ litteriżmu għal perjodu definit ta’ żmien. - L-assistenti tat-tagħlim, li jkunu ngħataw taħriġ bażiku fil-litteriżmu, għandhom jgħinu lill-istudenti li jsibu diffikultà fil-litteriżmu, taħt il-gwida tal-għalliema tagħhom u tal-ispeċjalisti tal-litteriżmu. - Jingħataw korsijiet ta’ taħriġ lill-ġenituri u l-persuni li jieħdu ħsieb it-tfal biex dawn ikunu jistgħu jgħinu fl-iżvilupp tal-litteriżmu tat-tfal tagħhom. - Jiġu implimentati miżuri li jiffavorixxu l-familja biex il-familji tat-tfal li jsibuha diffiċli biex jitgħallmu jiġu inklużi fil-proċess ta’ appoġġ u fil-programmi ta’ intervent li jsiru mat-tfal tagħhom. L-objettivi ewlenin għaċ-Ċittadini ta’ Pajjiżi Terzi huma dawn li ġejjin: - Jinħolqu klassijiet ta’ appoġġ fil-lingwa u l-litteriżmu magħmula minn gruppi żgħar ta’ studenti minn pajjiżi terzi fejn l-istudenti jingħataw attenzjoni individwali. B’dan il-mod l-istudenti jħossuhom komdi jesperimentaw bil-lingwa, huma u jiksbu l-ħiliet tal-litteriżmu. - Jixtered it-tagħlim tal-ħiliet tal-litteriżmu f’kuntest li jagħmel sens għall-istudenti. - Jingħataw opportunitajiet ta’ żvilupp professjonali kontinwu lill-għalliema u l-ħaddiema kollha involuti fil-qasam tat-tagħlim tal-litteriżmu taċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi. - Jissokta l-ħolqien ta’ linji gwida u materjal għat-tagħlim tal-Malti bħala t-tieni lingwa jew lingwa barranija. - Joktru l-ambjenti mogħnija bil-kotba, speċjalment fid-djar ta’ tfal u familji li ftit ikollhom kotba. 14 STRATEĠIJA NAZZJONALI TAL-LITTERIŻMU L-objettivi ewlenin għal-Litteriżmu Diġitali huma dawn li ġejjin: - Dawk kollha involuti f’dan il-qasam ikunu tal-istess fehma fir-rigward tal-objettivi li jistgħu jintlaħqu fl-iżvilupp tal-lingwa u l-litteriżmu permezz tat-teknoloġiji l-ġodda. - Dawk kollha li jmissu ma’ dan il-qasam fl-iskejjel jiġu involuti fl-istadji kollha tal-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet b’rabta mal-viżjoni ‘‘teknoloġija diġitali lil kull student/a’’ biex jiġi żgurat li l-proġett tal-litteriżmu diġitali, kull skola tagħmlu tagħha. - Il-kulleġġi u l-iskejjel jingħataw l-għajnuna biex jadattaw il-kontenut elettroniku għall-ħtiġijiet tal-litteriżmu tal-istudenti tagħhom. - L-għalliema jkollhom il-possibilità li jtejbu l-ħiliet tagħhom fit-tagħlim elettroniku permezz ta’ żvilupp professjonali kontinwu. - Il-kontenut elettroniku li jitqiegħed għad-dispożizzjoni tal-iskejjel għandu jiġi adattat u ggradat skont il-ħtiġijiet fil-lingwa u l-litteriżmu li jkollhom l-istudenti tagħhom. - Il-ġenituri jiġu offruti sessjonijiet ta’ taħriġ apposta għalihom biex ikunu jistgħu jgħinu lil uliedhom waqt li dawn ikunu qegħdin jużaw il-kontenut elettroniku minn djarhom. - Il-proġetti pilota li qed jipprovdu teknoloġiji ġodda lil studenti individwali għandhom jiġu implimentati u reveduti. - Is-sistemi ta’ appoġġ pedagoġiku, tekniku u amministrattiv relevanti għandhom jingħataw skont x’jirriżulta fil-proġetti pilota. 15 16 STRATEĠIJA NAZZJONALI TAL-LITTERIŻMU Introduzzjoni Il-Gvern Malti qiegħed jagħmel ħiltu kollha biex jiżgura li kull individwu f’Malta u Għawdex jingħatawlu l-aqwa opportunitajiet u b’hekk jikseb il-ħiliet meħtieġa tal-litteriżmu. Din il-mira se tintlaħaq permezz tal-Istrateġija Nazzjonali tal-Litteriżmu għal Kulħadd u Kampanja Nazzjonali favur il-Litteriżmu marbuta magħha, maħsuba għal setturi differenti tas-soċjetà. L-Istrateġija se titwettaq ukoll fid-dawl tar-riżultati reċenti miksuba minn Malta fil-Progress in International Reading Literacy Study (PIRLS)1 fejn il-marka medja fil-qari (477) tat-tfal Maltin li għandhom għaxar snin kienet b’mod sinifikanti aktar baxxa mill-medja internazzjonali (500), u fil-Programme for International Student Assessment (PISA 2009+)2 fejn 36.3% tal-istudenti ta’ 15-il sena marru ħażin fil-qari b’mod sinifikanti meta tqis li l-medja tal-UE kienet 19.7%. Mir-riżultati tal-PIRLS (2011) ta’ Malta, fil-Malti u l-Ingliż, l-istudenti Maltin ġabu marki ogħla f’taħriġ fejn kellhom jiftakru informazzjoni u jagħmlu inferenzi ċari milli f’taħriġ fejn intalbu jinterpretaw, jintegraw u jevalwaw l-informazzjoni. Il-ħin iddedikat għat-tagħlim ta’ lingwa f’sena skolastika f’Malta, skont l-għalliema huwa 51 siegħa inqas mill-medja internazzjonali. Il-ħin iddedikat għall-qari bħala parti mit-tagħlim ta’ lingwa f’sena skolastika f’Malta huwa l-aktar wieħed baxx fil-pajjiżi kollha, madwar 34 siegħa inqas mill-medja internazzjonali. Il-ħin iddedikat għall-qari fil-firxa ta’ suġġetti li hemm fil-kurrikulu f’sena skolastika f’Malta, inkluż il-ħin iddedikat għat-tagħlim tal-qari, huwa 42 siegħa inqas mill-medja internazzjonali. Mir-riżultati ta’ Malta fil-PISA (2009+) ħareġ li l-istudenti li jattendu l-iskejjel sekondarji u s-subien li jattendu l-Junior Lyceum ġabu aktar minn 100 marka inqas fil-kejl tal-qari mill-istudenti l-oħra tamparhom. 1 2 Progress in International Reading Literacy Study (PIRLS, 2011), Malta Report, Il-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol, Malta. Programme for International Student Assessment (PISA 2009+) (2013), Malta Report, Il-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol, Malta. 17 X’nifhmu b’Litteriżmu B’litteriżmu nifhmu l-ġabra ta’ għarfien u ħiliet miksuba li fuqhom jissejsu t-tagħlim, il-komunikazzjoni, l-użu tal-lingwa u l-interazzjoni soċjali 3. Il-litteriżmu jvarja mill-abbiltà bażika li tkun taf taqra, tikteb, tisma’ u tifhem sal-ħiliet ta’ pproċessar ta’ livell ogħla li bihom tkun kapaċi tiddeduċi, tinterpreta, issegwi u telabora l-materjal mgħallem 4. Minn meta tfaċċat il-midja diġitali, id-definizzjoni tal-litteriżmu saret aktar wiesgħa u komprensiva. Il-midja diġitali tifforma parti mill-prattika ta’ kuljum tal-litteriżmu. Żdied l-element viżiv u l-animazzjonijiet, u kotrot ukoll l-informazzjoni li tinkiseb b’apparati elettroniċi 5. Meta l-istudenti jużaw il-midja diġitali, hija prattika standard li jittrasferixxu u jipproċessaw l-informazzjoni permezz ta’ diversi mezzi (testwali, viżivi, tal-awdjo, eċċ.). Jeħtieġ li l-istudenti jkunu kapaċi jevalwaw u jilagħbu bil-mezzi multimodali biex jagħmlu sens minnhom 6. Il-kisba tal-litteriżmu mhix biss waħda mill-miri l-aktar importanti tal-edukazzjoni u l-ogħla mir-responsabilitajiet akkademiċi, iżda hija wkoll il-pedament li fuqu kull persuna tibni t-tagħlim u l-parteċipazzjoni futuri tagħha fis-soċjetà u fil-qasam tax-xogħol. Il-litteriżmu jiffaċilita l-aċċess għal sorsi li jgħinu l-iżvilupp personali bħall-interazzjoni soċjali u l-attivitajiet kulturali. 18 3 New South Wales (NSW). Department of Education and Training (2009). An Introduction to Quality Literacy Teaching. Wales. 4 Henry, M.K. (2004). Unlocking Literacy: Effective Decoding & Spelling Instruction. Maryland: Paul Brookes Publishing co. 5 Kress, G. (2003). Literacy in the New Media Age. Rouledge: London. 6 Wiegel, M, James, C & Gardner, H. (2009). Learning: Peering Backward and Looking Forward in the Digital Era’, International Journal of Learning and Media (ILJM), 1 (1). STRATEĠIJA NAZZJONALI TAL-LITTERIŻMU 19 L-Irwol tal-Litteriżmu fl-Iżvilupp Personali u Soċjali Biex persuna tirnexxi fl-edukazzjoni u fuq il-post tax-xogħol trid tkun litterata. Il-korelazzjoni bejn il-faqar u l-litteriżmu hija mifhuma minn kulħadd 7,8. Il-PIRLS wera li l-ikbar grupp ta’ qarrejja batuti huma tfal ġejjin minn ambjent soċjoekonomiku baxx jew wieħed ta’ migrazzjoni 9. Ir-rapport tal-1996 tal-Organisation for Economic Co-operation and Development (l-OECD) 10 saħaq fuq is-sehem tal-litteriżmu fil-promozzjoni tal-kompetittività u l-ħolqien tax-xogħol, id-demokrazija u l-koeżjoni soċjali, u t-tnaqqis tal-faqar. Il-litteriżmu huwa essenzjali għall-bini ta’ soċjetà mogħnija bl-għarfien u għat-tisħiħ tal-persuni, il-familji, il-komunitajiet u n-nazzjonijiet. L-individwi li għandhom livelli ogħla ta’ litteriżmu, is-soċjetà tirrikonoxxihom aktar minn persuni oħra. Mill-iskola t-tfal u ż-żgħażagħ suppost joħorġu litterati. Madankollu, bosta żgħażagħ qegħdin itemmu l-iskola obbligatorja b’livell ta’ litteriżmu baxx, jew saħansitra illitterati. Hemm ukoll adulti li jsibuha bi tqila jaqraw u dan jillimitalhom il-parteċipazzjoni tagħhom fis-soċjetà. Il-fatturi soċjoekonomiċi jitqiesu bħala fost l-aktar fatturi determinanti fil-kisba tal-litteriżmu. It-tfal li jkunu ġejjin minn ambjent soċjoekonomiku baxx x’aktarx jibqgħu lura fl-iżvilupp konjittiv u l-mixja edukattiva tagħhom. Dan jiġri sa mil-livell tal-kindergarten 11. Ir-riċerka li saret f’Malta wriet li l-livell ta’ edukazzjoni u t-tip ta’ impjieg tal-ġenituri Maltin huma marbuta b’mod sinifikanti mal-livell ta’ litteriżmu milħuq minn uliedhom 12. L-Istrateġija Nazzjonali tal-Litteriżmu għal Kulħadd se tindirizza din is-sitwazzjoni billi tipprova tnaqqas kemm jista’ jkun l-għadd ta’ individwi soċjalment esklużi minħabba n-nuqqas jew il-livell baxx ta’ litteriżmu tagħhom. 7 Organisation for Economic Co-orperation and Development (OECD). (2009). PISA 2009 Assessment Framework: Key Competencies in Reading, Mathematics and Science. Paris. 8 Bailey, I (2006), Overview of the Adult Literacy System in Ireland and Current Issues in its Implementation, in Review of Adult Learning and Literacy: volume 6: Connecting Research, Policy, and Practice, eds J Comings, B Garner, C Smith & N Center for the Study of Adult Learning and Literacy, Lawrence Erlbaum Associates, Mahwah, pp.197-240. Mullis, I.V.S., Martin, M.O., Foy, P., & Drucker, K.T. (2012). Progress in International Reading Literacy Study (PIRLS) 2011 international results in reading. Chestnut Hill, MA: Boston College. 10 Organisation for Economic Co-operation and Development (OECD) (1996), Lifelong Learning for All, OECD, Paris. 9 20 11 Lee, V.E. & Burkam, D.T. (2002). Inequality at the Starting Gate: Social Background Differences in Achievement as Children begin School. Washington, DC: Economic Policy Institute. 12 Mifsud, C.L., Grech, R., Hutchison, D., Morrison, J., Rudd, P. & Hanson, J., (2004) Literacy for School Improvement – Value Added for Malta. Agenda Publishers, Malta. STRATEĠIJA NAZZJONALI TAL-LITTERIŻMU F’dawn l-aħħar għoxrin sena, rajna żieda qawwija fil-mobilità fid-dinja. Il-biċċa l-kbira tal-pajjiżi qed jinħakmu minn mewġa kbira ta’ multikulturaliżmu. Ħafna komunitajiet huma magħmula minn gruppi multilingwi li jkunu litterati, iżda mhux fil-lingwa tal-pajjiż li jkunu joqogħdu fih 13. F’dawn l-aħħar snin, f’Malta daħlu għadd kbir ta’ migranti irregolari. Dawn iċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi jħabbtu wiċċhom mal-problema tal-integrazzjoni kulturali u lingwistika. Il-biċċa l-kbira tagħhom ma jkollhomx mezzi ta’ għajxien u jkunu bla xogħol, u dan ipoġġihom f’qagħda soċjoekonomika mwiegħra. Uħud minn dawn iċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi huma tfal tal-età tal-iskola li jidħlu fl-iskejjel Maltin f’livelli differenti tas-sistema edukattiva 14. L-Istrateġija Nazzjonali tal-Litteriżmu għal Kulħadd se tipprovdi qafas li jiżgura li l-adulti u t-tfal minn pajjiżi terzi jingħataw aktar mezzi milli għandhom biex jiksbu u jiżviluppaw il-ħiliet tal-litteriżmu meħtieġa. Il-Qafas tal-Kurrikulu Nazzjonali għal Kulħadd Fil-Qafas tal-Kurrikulu Nazzjonali, il-litteriżmu jitqies bħala tema interkurrikulari essenzjali għall-edukazzjoni tal-istudenti kollha u sabiex jintlaħqu l-għanijiet tal-edukazzjoni. Il-Qafas jiddikjara dan li ġej: Il-Litteriżmu Il-fatt li l-litteriżmu hu l-ewwel tema interkurrikulari joħroġ aktar l-importanza li t-tagħlim kollu jseħħ, primarjament, permezz tal-lingwa fil-forom diversi tagħha, u għalhekk l-edukaturi kollha jridu jqisu ruħhom bħala dawk li jridu jiggarantixxu l-ħakma tal-lingwa li għandu jkollhom l-istudenti fil-qasam partikolari tagħhom tat-tagħlim. Dan ifisser li l-kompetenza fil-litteriżmu mhix biss fi ħsieb l-għalliema tal-Primarja u tal-għalliema tal-lingwi fis-Sekondarja, imma huma responsabbli minnha l-edukaturi kollha. Barra minn hekk, il-komunità kollha tal-iskola trid tħaddan l-importanza tal-kompetenza fil-litteriżmu: din, fost l-oħrajn, titlob l-involviment attiv tal-ġenituri u tal-komunità lokali (pġ. 37) 15. 13 European Union High Level Group of Experts on Literacy (2012) Act now! Final report: EU High Level Group of Experts on Literacy. il-Lussemburgu: L-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea. Vassallo, J. (2013). The Integration of Third Country Nationals in the Maltese Education System. Id-Direttorat għal Kwlaità u Standards fl-Edukazzjoni, il-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol. 14 15 Il-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol (2012). Il-Qafas tal-Kurrikulu Nazzjonali għal Kulħadd. Malta: Salesian Press. 21 Il-Prinċipji Ewlenin tal-Istrateġija Fl-Ewropa qed jikber il-fenomenu tat-tfal li tul is-snin skolastiċi obbligatorji ma jkunux kisbu l-ħiliet bażiċi li jippermettulhom jimxu ’l quddiem 16. Ħafna wkoll jiddubitaw kemm programmi ta’ intervent fit-tul huma fil-fatt ta’ ġid għat-tfal u kemm qiegħed jiġi żgurat li l-effetti tagħhom ma jintilfux 17. L-għan ta’ intervent edukattiv għandu jkun li jkollu effetti dejjiema. Kif nistgħu nibnu programmi li jħallu effetti dejjiema? L-evidenza empirika turi li hemm bżonn interventi komprensivi mifruxin fuq numru ta’ snin u li jkunu diretti lejn punti ta’ tranżizzjoni ewlenin. Dawn għandhom ikunu elementi kruċjali fil-programmi u għandhom jindirizzaw il-ħtiġijiet tat-tagħlim tat-tfal 18. Jeħtieġ li s-servizzi edukattivi u l-programmi tal-litteriżmu ma jibqgħux separati minn xulxin 19. Jeħtieġ nintegraw aħjar l-istrateġiji tagħna u s-servizzi li qed jiġu offruti biex nagħtu sens ta’ tkomplija. Il-programmi kollha tal-litteriżmu għandhom ikunu parti integrali mill-programmi edukattivi tal-iskejjel jew għandhom ikunu marbuta magħhom. L-Istrateġija Nazzjonali tal-Litteriżmu għal Kulħadd tipproponi għadd ta’ miżuri li għandu jkollhom effetti sinifikanti u dejjiema meta jiġu implimentati minn gruppi differenti tas-soċjetà Maltija. Il-programmi attwali tal-litteriżmu għandhom jissaħħu u jiġu estiżi biex ikunu aktar effettivi u jipprovdu valur miżjud. Qed jiġu proposti numru ta’ miżuri ġodda li se jaffettwaw lil gruppi differenti tas-soċjetà Maltija. Sabiex l-Istrateġija Nazzjonali tal-Litteriżmu għal Kulħadd tkun waħda ta’ suċċess, jinħtieġ l-impenn tal-gvern, u tad-diversi ministeri, dipartimenti u aġenziji oħra. Jeħtieġ ukoll li kulħadd jinvolvi ruħu kemm il-gruppi differenti tas-soċjetà Maltija kif ukoll kull min għandu x’jaqsam. Sabiex l-Istrateġija Nazzjonali tal-Litteriżmu għal Kulħadd tabilħaqq tilħaq lil kulħadd, din tinkludi fiha elementi li huma marbuta kemm mal-edukazzjoni tul il-ħajja kif ukoll mal-edukazzjoni fil-firxa wiesgħa tal-oqsma tagħha. Hija tagħti importanza wkoll lil aspetti relatati mal-edukazzjoni bejn il-ġenerazzjonijiet, kif jingħad mill-Istitut tal-Edukazzjoni tal-UNESCO 20. Dan minħabba r-relazzjoni mill-qrib li teżisti bejn il-livell tal-litteriżmu tat-tfal u l-livell ta’ edukazzjoni ta’ dawk li jieħdu ħsiebhom 21. Dan għandu jwassal għal integrazzjoni aħjar tal-programmi edukattivi offruti mill-iskejjel u l-programmi tal-litteriżmu mogħtija minn aġenziji oħra għat-tfal, il-ġenituri u adulti oħra. 16 European Union High Level Group of Experts on Literacy (2012) Act Now! Final report: EU High Level Group of Experts on Literacy. il-Lussemburgu: L-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea. 17 Spodek, B., & Saracho, O.N. (Eds.). (2006). Handbook of Research on the Education of Young Children. Mahwah, New Jersey: Lawrence Erlbaum Associates. Brooks-Gunn, J. (2003). Do You Believe in Magic? What We Can Expect From Early Childhood Intervention Programs. Social Policy Report, 17(1), 3-14. 18 22 19 Brooks, G., Giles, K., Harman, J., Kendall, S., Rees, F., & Whittaker, S. (2001) Assembling the Fragments: A Review of Research in Adult Basic Skills. National Foundation for Educational Research. London: DfEE. 20 Kaplan, M.S. (2001), School-Based Intergenerational Programs. Hamburg, Germany: UNESCO. 21 Mifsud, C.L., Grech, R., Hutchison, D., Morrison, J., Rudd, P. & Hanson, J., (2004) Literacy for School Improvement – Value Added for Malta. Agenda Publishers, Malta. STRATEĠIJA NAZZJONALI TAL-LITTERIŻMU Programmi tal-Litteriżmu għall-Familja u fil-Komunità Il-programmi tal-litteriżmu għall-familja huma effettivi għax itejbu kemm il-litteriżmu tat-tfal kif ukoll il-ħiliet tal-ġenituri. Permezz ta’ dawn il-programmi, il-ġenituri jingħataw l-għodda meħtieġa biex jgħinu lil uliedhom. Dawn il-programmi jħallu impatt ikbar minn ħafna miżuri edukattivi oħrajn 22. Fuq kollox, imma dawn il-programmi jridu jikkumplimentaw l-attivitajiet tal-litteriżmu li jsiru l-iskola. Ir-riċerka turi li tfal żvantaġġjati li jieħdu sehem f’dawn il-programmi jgawdu minn benefiċċji konjittivi u mhux konjittivi fit-tul. Is-soċjetà tibbenefika wkoll minn dawn il-programmi għax bil-ħiliet miksuba, it-tfal jinfetħulhom opportunitajiet ta’ impjieg aħjar 23. L-aħjar programmi huma dawk li jħarrġu lill-ġenituri kif jgħallmu ħiliet speċifiċi tal-litteriżmu billi tingħatalhom gwida ċara dwar il-kontenut u t-teknika li jkunu jridu jgħallmu 24. Tali programmi jkunu aktar fejjieda meta l-ġenituri jitħarrġu kif għandhom jgħinu ’l uliedhom jiżviluppaw il-ħiliet soċjali u emozzjonali tagħhom, u mhux biss fil-ħiliet bażiċi edukattivi 25. L-inizjattivi tal-litteriżmu għall-familja għandhom jitmexxew b’tali mod li jikkumplimentaw il-programmi tal-litteriżmu fil-klassi. Dan jista’ jsir billi tiġi żviluppata politika nazzjonali tal-litteriżmu li tinkludi firxa ta’ programmi komplimentari li jkunu maħsuba għall-ħtiġijiet ta’ gruppi speċifiċi. Għandha tingħata aktar attenzjoni għall-validità kulturali ta’ tali inizjattivi, sabiex jiġi żgurat li jiġu indirizzati l-ħtiġijiet ta’ familji bi dħul baxx u ta’ gruppi etniċi differenti. Dawn il-programmi għandhom jitfasslu b’mod li jtejbu l-litteriżmu tat-tfal u jgħinu l-iżvilupp soċjali u emozzjonali tagħhom. Fl-istess ħin dawn il-programmi jridu jiżviluppaw ukoll il-ħiliet tal-ġenituri biex dawn ikunu jistgħu jgħinu lil uliedhom fil-qari, ngħidu aħna, permezz ta’ programmi tal-qari fejn jinqalbu l-irwoli ta’ min qed jgħid l-istorja u min qed isegwiha. L-Istrateġija Nazzjonali tal-Litteriżmu għal Kulħadd se taħdem biex issaħħaħ programmi eżistenti bħal dawk immexxija mill-Fondazzjoni għas-Servizzi Edulattivi (FSE) pereżempju NWAR, Klabb Ħilti, Id f’Id, il-Programm tal-Kitba għal Malta (MWP), Klabb Naħla u Klabb Arzella. Il-programmi eżistenti għandhom jiġu riveduti b’mod regolari u jiġu żviluppati inizjattivi ġodda. 22 Carpentieri, J., Fairfax-Cholmeley, K., Litster, J., & Vorhaus, J. (2011) Family Literacy in Europe: Using Parental Support Initiatives to Enhance Early Literacy Development. London: NRDC, Institute of Education. 23 Kağitçibaşi, Ç., Sunar, D., Bekman, S., & Cemalcilar, Z. (2005). Continuing Effects of Early Intervention in Adult Life: Preliminary Findings of Turkish Early Enrichment Project Second Follow Up Study. Istanbul: Mother Child Education Foundation Publications. Sénéchal , M., & Young, L. (2008). The Effect of Family Literacy Interventions on Children’s Acquisition of Reading from Kindergarten to Grade 3: A Meta-Analytic Review. Review of Educational Research, 78(4), 880-907. 24 25 Desforges, C. & Abouchaar, A. (2003). The Impact of Parental Involvement, Parental Support and Family Education on Pupil Achievements and Adjustments: A Literature Review. London: DfES. 23 24 STRATEĠIJA NAZZJONALI TAL-LITTERIŻMU Programmi mfassla mill-iskejjel fuq inizjattiva tagħhom u oħrajn L-għalliema tal-klassi, il-kapijiet tal-iskola u l-prinċipali għandhom jingħataw l-mezzi u r-riżorsi meħtieġa biex jippjanaw u jwettqu l-proġetti tal-litteriżmu tagħhom b’risq l-istudenti li jkollhom bżonn l-għajnuna. Dan jista’ jseħħ billi jingħataw għotjiet għal proġetti proposti mill-iskejjel. Inizjattivi Nazzjonali L-Istrateġija Nazzjonali tal-Litteriżmu għal Kulħadd se jkollha l-għan li ssaħħaħ il-programmi nazzjonali attwali. F’dawn l-aħħar xhur, ġew imnedija numru ta’ inizjattivi: Il-programm Aqra Miegħi/Read with Me għandu l-għan li jippromwovi l-litteriżmu fl-ewwel snin kruċjali tat-tfulija (0-3 snin). F’dan il-programm isiru attivitajiet regolari, interattivi u pjaċevoli, ta’ qari, kant u moviment, kif ukoll tagħlim tan-numri għat-tfal u l-ġenituri jew il-persuni li jieħdu ħsiebhom. Nimlew il-libreriji tad-djar u l-iskejjel bil-kotba: Din hija inizjattiva maħsuba biex il-libreriji tal-iskejjel primarji jimtlew b’kotba attraenti u interessanti bil-Malti u bl-Ingliż. Bis-saħħa ta’ kampanja nazzjonali favur il-qari, il-ġenituri u l-persuni li jieħdu ħsieb it-tfal se jitħeġġu jinvolvu ruħhom f’qari flimkien mat-tfal tagħhom. Hemm rabta diretta bejn l-ammont ta’ kotba li jkollhom it-tfal fl-ambjent ta’ madwarhom, speċjalment fid-dar, u l-livell tal-litteriżmu tagħhom 26. L-Ambaxxaturi tal-Qari: Il-Ministeru tal-Edukazzjoni ħatar numru ta’ personalitajiet lokali li qed jagħtu spinta lill-qari fl-iskejjel permezz ta’ attivitajiet ta’ qari u diskussjoni fi klassijiet differenti. Dawn il-personalitajiet fiż-żjarat li qed jagħmlu fl-iskejjel qed ikunu ta’ eżempju għall-istudenti u qed irawmu attitudni pożittiva lejn il-qari billi jaqraw stejjer u jaqsmu l-esperjenzi tagħhom mal-istudenti. Programm ta’ Tagħlim Alternattiv (ALP): Dan il-programm huwa maħsub għal dawk l-istudenti li jitilqu mill-iskola u li ma jkollhomx il-ħsieb li jagħmlu l-eżamijiet taċ-Ċertifikat tal-Edukazzjoni Sekondarja (ĊES). L-istudenti li jkunu fl-aħħar sena tal-iskola obbligatorja jingħataw iċ-ċans li jagħmlu programm edukattiv alternattiv li jinkludi korsijiet ta’ taħriġ tal-1 Livell tal-Qafas Malti tal-Kwalifiki f’suġġetti vokazzjonali. Dawn l-istudenti qed jingħataw ukoll il-possibilità li jsegwu Korsijiet ta’ Ħiliet Bażiċi fil-Malti, l-Ingliż u l-Matematika. Il-Programmi tal-Promoturi tal-Qari u s-Sħab fil-Qari (Reading Champions and Reading Buddies): Huwa maħsub li dawn il-programmi jsiru fl-iskejjel u fi Skola Sajf biex iħeġġu lil tfal u żgħażagħ jispiraw tfal u żgħażagħ bħalhom jaqraw. European Union High Level Group of Experts on Literacy (2012) Act Now! Final Report: EU High Level Group of Experts on Literacy. Luxembourg: L-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea.. 26 25 Il-Qafas tal-Istrateġija Nazzjonali tal-Litteriżmu għal Kulħadd Edukazzjoni Formali L-Ewwel Snin Iċ-Ċiklu tas-Snin Bikrin - Il-Litteriżmu Bilanċjat - Żieda fil-ħin iddedikat għall-qari - Qari Gwidat - Qari Flimkien - Assessjar bażi - Sistema ta’ profil estiż tal-kompetenzi ewlenin - Intervent bikri - Programm ta’ taħdit u smigħ - Edukazzjoni kumplimentari Iċ-Ċiklu tal- - Il-Litteriżmu Bilanċjat Aħħar Snin - Żieda fil-ħin iddedikat tal-Primarja għall-qari - Qari Gwidat - Qari Flimkien - L-Istrateġija talkompetenzi ewlenin - Intervent fil-litteriżmu - Programm ta’ taħdit u smigħ - Edukazzjoni kumplimentari - Pjanijiet ta’ Azzjoni mfassla mill-Iskejjel (SIAPs) - L-Assessjar għat-Tagħlim 26 Edukazzjoni Mhux Formali Miżuri addizzjonali - Appoġġ mill-familja - Test mediku - iċ-Child Development and Assessment Unit (CDAU) - Indukrar tat-Tfal - Koordinazzjoni bejn l-awtoritajiet tassaħħa, tal-edukazzjoni u tas-servizzi soċjali. - Programmi ta’ Qari Flimkien - Ambjenti li jkunu mogħnija bil-kotba - Programmi tal-litteriżmu għall-familji - Programmi tal-litteriżmu wara l-ħin tal-iskola - Ambjenti li jkunu mogħnija bil-kotba - Libreriji fil-klassijiet b’aktar kotba u riżorsi aħjar - Programmi tal-litteriżmu għall-familji - Programmi tal-litteriżmu wara l-ħin tal-iskola - Il-Programm tal-Kitba għal Malta (MWP) - Ambjenti li jkunu mogħnija bil-kotba - Libreriji fil-klassijiet b’aktar kotba u riżorsi aħjar STRATEĠIJA NAZZJONALI TAL-LITTERIŻMU Edukazzjoni Formali Edukazzjoni Mhux Formali Miżuri addizzjonali - Il-Litteriżmu Bilanċjat - Żieda fil-ħin iddedikat għall-qari - Il-litteriżmu tal-adolexxenti - Il-Programm tal-Kurrikulu Bażiku - Programmi ta’ litteriżmu f’kull skola - Klabbs tal-qari - L-Assessjar għat-Tagħlim - Programmi tal-litteriżmu fiċ-ċentri taż-żgħażagħ - Programmi tal-litteriżmu wara l-ħin tal-iskola - Il-Programm tal-Kitba għal Malta (MWP) - Ambjenti li jkunu mimlijin kotba - Libreriji fl-iskejjel b’riżorsi aħjar It-Tranżizzjoni - Programmi ta’ millLitteriżmu Integrat edukazzjoni sekondarja għalledukazzjoni ogħla, it-taħriġ jew ix-xogħol - Programmi li jħaffu t-tranżizzjoni bejn l-edukazzjoni sekondarja u dik ogħla - It-tisħiħ tar-rabta bejn it-tagħlim u x-xogħol IżŻgħażagħ - Programmi tal-ħiliet bażiċi għaż-żgħażagħ - Programmi ta’ Litteriżmu Integrat - Korsijiet talKorporazzjoni għaxXogħol u t-Taħriġ (ETC) - Korsijiet tal-Kulleġġ Malti tal-Arti, ixXjenza u t-Teknoloġija (MCAST) - Korsijiet tal-ħiliet bażiċi fiċ-ċentri taż-żgħażagħ u tal-komunità - korsijiet organizzati minn Għaqdiet Mhux Governattivi - Il-litteriżmu taż-żgħażagħ - Il-litteriżmu għax-xogħol - It-tisħiħ tar-rabta bejn it-tagħlim u x-xogħol - Libreriji lokali u pubbliċi b’aktar kotba u riżorsi aħjar L-Adulti - Korsijiet edukattivi għall-adulti - Programmi ta’ Litteriżmu Integrat - Korsijiet tal-Korporazzjoni għax-Xogħol u t-Taħriġ (ETC) - Korsijiet tal-Kunsilli Lokali - Iċ-Ċentri Aċċess - Korsijiet tal-ħiliet bażiċi fiċ-ċentri tal-komunità - Il-litteriżmu għax-xogħol - It-tisħiħ tar-rabta bejn it-tagħlim u x-xogħol - Libreriji lokali u pubbliċi b’aktar kotba u riżorsi aħjar Is-Snin tasSekondarja 27 L-Istruttura tal-Istrateġija Nazzjonali tal-Litteriżmu għal Kulħadd L-Istrateġija Nazzjonali tal-Litteriżmu għal Kulħadd tiddeskrivi firxa ta’ strateġiji użati fis-sistemi edukattivi formali u mhux formali ta’ Malta u Għawdex, u strateġiji lil hinn minnhom li bis-saħħa tagħhom it-tfal, iż-żgħażagħ u l-adulti jistgħu jiksbu l-ħiliet meħtieġa tal-litteriżmu. It-tfal u ż-żgħażagħ huma mistennija li jkunu jafu jitkellmu, jaqraw u jiktbu sew f’kull qasam tal-kurrikulu. It-tir ewlieni tal-Istrateġija huwa li l-istudenti jkunu kapaċi jħaddmu u japplikaw il-ħiliet u l-kunċetti li jkunu tgħallmu biex iwettqu ħidmiet realistiċi skont l-istadju ta’ żvilupp tagħhom. L-Istrateġija Nazzjonali tal-Litteriżmu għal Kulħadd għandha l-għan li turi l-firxa ta’ miżuri u strateġiji użati f’livelli differenti u f’għadd ta’ sitwazzjonijiet. Din it-turija għandha twassal biex ikun hemm koordinazzjoni u integrazzjoni aħjar tal-istrateġiji u hekk tiżdied l-effettività tagħhom. Politika Bilingwi Wieħed mill-elementi essenzjali ta’ pajjiż bilingwi huwa l-abilità tal-poplu tiegħu li jaqleb minn lingwa għal oħra b’mod naturali. Din il-kapaċità hija tassew importanti għalina l-Maltin u l-Għawdxin għax permezz tagħha jkollna aċċess għal dak kollu li hu bil-Malti u bl-Ingliż u anki b’lingwi oħra. Il-politika bilingwi tagħna trid tqis il-wirt lingwistiku kbir u varjat tagħna, u twitti t-triq lill-istudenti biex jiksbu l-ħiliet tal-litteriżmu minn kmieni u jkomplu jiżviluppawhom b’tali mod li japplikawhom għal-lingwi Ewropej u lingwi oħra. Irridu nitkellmu dejjem aktar fuq individwi plurilingwi, kif isostni l-Kunsill tal-Ewropa 27, liema individwi jkollhom ħakma ta’ aktar minn lingwa waħda u jkunu kapaċi jaqilbu minn lingwa għal oħra, skont iċ-ċirkustanzi. Biex jiksbu livelli xierqa ta’ kompetenza f’lingwa 28 u jitħaffef il-progress ġenerali tat-tfal huwa essenzjali li t-tfal żgħar jibdew jitgħallmu lingwa minn kmieni. Dan ifisser li t-tagħlim aħjar ikun mifrux fuq perjodu itwal, ħalli b’hekk ikun hemm riżultati aktar permanenti fit-tagħlim ta’ lingwa u l-abilità tat-tfal li jitgħallmu l-lingwi tissaħħaħ 29. Xi wħud jaħsbu li t-tfal li jiġu esposti għal aktar minn lingwa waħda jistgħu jitfixklu u jibdew iħawdu lingwa ma’ oħra, u b’hekk il-proċess ta’ żvilupp tagħhom fil-lingwa 27 Il-Kunsill tal-Ewropa (2007). From Linguistic Diversity to Plurilingual Education, Language Policy Division, Strażburgu. Johnstone R (2002), Addressing ‘the age factor’: Some implications for languages policy, Council of Europe, http:// www.coe.int/t/dg4/linguistic/source/JohnstoneEN.pdf 29 European Commission (2011), European Strategy Framework for Education and Training. Language Learning at Pre-primary School Level: Making it Efficient and Sustainable – A Policy Handbook, Brussels. http://ec.europa.eu/ education/languages/pdf/ellpwp_en.pdf 30 Edelenbos, P, Johnstone, R, Kubanek, A. The Main Pedagogical Principles Underlying the Teaching of Languages to Very Young Learners, European Commission, 2006, http://ec.europa.eu/education/policies/lang/doc/young_en.pdf 28 28 STRATEĠIJA NAZZJONALI TAL-LITTERIŻMU jixxekkel. Dan mhux minnu sakemm iċ-ċirkustanzi jkunu favorevoli u t-tagħlim isir sew. Ir-riċerka turi li t-tfal għandhom tendenza jittrasferixxu għat-tieni lingwa jew il-lingwa barranija dawk il-kunċetti u t-termini li jkunu tgħallmu bl-ewwel lingwa jew l-ilsien nattiv tagħhom, u dan jistimula l-kompetenzi konjittivi tagħhom 30. Fil-proċess tat-tagħlim bikri ta’ lingwa rridu nqisu l-kwistjonijiet tal-ekwità, il-kwalità, il-konsistenza u l-kontinwità. Sabiex jiġi żgurat li dawn fil-fatt ikunu qegħdin jiġu applikati għandhom jitħaddmu l-proċessi pedagoġiċi xierqa. Dawn il-proċessi jeħtieġ ikunu skont l-età, ta’ kwalità u li jistgħu jitkejlu. L-immersjoni fil-lingwa tista’ tgħin lit-tfal jitgħallmu lingwa b’mod spontanju. Il-metodi ta’ tagħlim ta’ lingwa li għandhom jiġu adottati jistgħu jinkludu l-Espożizzjoni tat-tfal għal-Lingwa fejn l-istudenti jogħdsu fil-lingwa mgħallma, it-Tagħlim Integrat tal-Kontenut u l-Lingwa (CLIL) fejn it-tieni lingwa tintuża bħala l-lingwa tat-tagħlim ta’ kontenut mhux relatat mal-istess lingwa, u s-Sistema Tandem fejn membri differenti tal-istaff jużaw lingwa differenti mal-istudenti (ngħidu aħna, l-għalliema titkellem bil-Malti u l-assistent jitkellem bl-Ingliż). F’dan tal-aħħar, is-soltu jitħaddem il-prinċipju “persuna waħda, lingwa waħda”. L-Istrateġija Nazzjonali tal-Litteriżmu għal Kulħadd tiffoka fuq il-firxa ta’ ħiliet tal-litteriżmu meħtieġa biex l-istudenti jkunu kompetenti kemm fil-Malti kif ukoll fl-Ingliż. Biex l-istudenti jiżviluppaw ħiliet tal-litteriżmu fiż-żewġ lingwi u jkunu jistgħu jaqilbu bla wisq taħbit mill-Malti għall-Ingliż u viċeversa, iridu jingħataw opportunitajiet speċifiċi ta’ tagħlim li jgħinuhom isiru kompetenti fiż-żewġ lingwi. Għandu wkoll ikollhom aċċess għal materjal tat-tagħlim biż-żewġ lingwi f’taħriġ li jagħmel sens u f’medda ta’ kuntesti skont is-suġġett kif inhu xieraq. L-Istrateġija Nazzjonali tal-Litteriżmu għal Kulħadd tippromwovi l-bilitteriżmu u għandha l-għan li tiżgura li dan jiddaħħal għalkollox fis-sistema edukattiva Maltija. Kunsiderazzjonijiet marbuta mad-Differenzi bejn in-Nisa u l-Irġiel Fl-istudju PISA 2009+ 31 Malta kellha l-ikbar differenza fil-marki bejn il-bniet u s-subien, b’differenza ta’ 72 marka meta mqabbla mal-medja ta’ 39 marka tal-Organisation for Economic Co-operation and Development (OECD). Fl-istudju PIRLS 2011 32 il-bniet f’Malta ġabu 18-il marka aktar mis-subien fit-test tal-Ingliż u 25 marka aktar mis-subien fit-test tal-Malti. Din l-istrateġija mhijiex imparzjali fejn jidħlu d-differenzi bejn in-nisa u l-irġiel. Biex tiġi żgurata l-ekwità u tiżdied l-effettività fil-programmi tal-litteriżmu, iż-żewġ sessi jridu jingħataw importanza. L-informazzjoni mhux segregata skont is-sess għandha tippermettilna nidentifikaw il-problemi differenti li s-subien u l-bniet jissieltu magħhom fil-qasam tal-litteriżmu. L-interventi għandhom isiru skont x’turi l-informazzjoni miġbura. 31 Programme for International Student Assessment (PISA 2009+) (2013), Malta Report, Il-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol, Malta. 32 Progress in International Reading Literacy Study (PIRLS, 2011), Malta Report, Il-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol, Malta 29 Il-Proċess ta’ Konsultazzjoni Il-Qafas tal-Istrateġija Nazzjonali tal-Litteriżmu għal Kulħadd tnieda għal konsultazzjoni usa’ f’Mejju 2013. Kull min kien interessat u l-pubbliku ġenerali ġew mistiedna jibagħtu r-reazzjonijiet tagħhom fuq indirizz elettroniku partikolari. Fl-istess ħin, inħatru tmien gruppi ta’ ħidma konsultattivi mill-Ministru għall-Edukazzjoni. Kull grupp ta’ ħidma kellu jidentifika l-qagħda attwali tal-qasam speċifiku tiegħu, jindika l-problemi relevanti u jressaq rakkomandazzjonijiet relevanti skont mandat speċifiku, sal-aħħar ta’ Lulju 2013. Il-gruppi ta’ ħidma konsultattivi ntalbu: − − − jiddeskrivu s-sitwazzjoni attwali tal-litteriżmu fil-qasam tagħhom. jeżaminaw uħud mill-problemi marbutin mal-litteriżmu li jistgħu jkunu ta’ tħassib u li jistgħu jeħtieġu azzjoni. jipprovdu strateġija b’objettivi ċari għat-tfassil ta’ pjanijiet ta’ azzjoni b’risq il-litteriżmu. Kellha tingħata attenzjoni partikolari lil dawn li ġejjin: − − − l-integrazzjoni tal-ħiliet tat-taħdit, is-smigħ, il-qari u l-kitba. politika bilingwi b’bilitteriżmu fil-Malti u l-Ingliż. aktar opportunitajiet ta’ ħin iddedikat għall-qari bil-Malti u l-Ingliż kellhom jiddaħħlu fil-kurrikulu kollu, fi ħdan il-qafas ta’ riferiment tal-Qafas tal-Kurrikulu Nazzjonali 2012. Il-gruppi ta’ ħidma konsultattivi ttrattaw l-oqsma li ġejjin: 1 l-Ewwel Snin u s-Snin Bikrin 2 L-Aħħar Snin tal-Primarja 3 Is-Snin tas-Sekondarja 4Iż-Żgħażagħ 5L-Adulti 6 Id-Diffikultajiet u d-Diżabilitajiet marbuta mat-Tagħlim 7 Iċ-Ċittadini ta’ Pajjiżi Terzi 8 Il-Litteriżmu Diġitali L-Istrateġija Nazzjonali tal-Litteriżmu għal Kulħadd proposta hija msejsa fuq ix-xogħol li għamlu l-gruppi ta’ ħidma konsultattivi, ir-reazzjonijiet li waslu minn kull min wera interess u mill-pubbliku ġenerali, u fuq kunsiderazzjonijiet ġenerali li jittieħdu meta titfassal politika u l-implimentazzjoni tagħha. L-ewwel u qabel kollox tħejja abbozz tal-Istrateġija Nazzjonali tal-Litteriżmu għal Kulħadd f’Malta u Għawdex biex issir konsultazzjoni wiesgħa fuqu. 30 STRATEĠIJA NAZZJONALI TAL-LITTERIŻMU Il-Proċess ta’ Implimentazzjoni Wara li tkun ġiet iffinalizzata l-Istrateġija Nazzjonali tal-Litteriżmu għal Kulħadd, għandhom jitħejjew għadd ta’ pjanijiet ta’ azzjoni biex jiġi żgurat it-twettiq tad-diversi objettivi tal-politika. Dawn se jitfasslu mid-diversi dipartimenti u aġenziji responsabbli mil-litteriżmu fis-setturi rispettivi tagħhom. L-Ewwel Snin Il-litteriżmu jibda jinkiseb mit-twelid. Jeħtieġ li niffokaw aktar fuq il-litteriżmu fl-ewwel snin tat-tfulija (minn 0 sa 3 snin). Il-litteriżmu fl-ewwel snin irid ikun fuq nett tal-aġenda edukattiva Maltija. Illum kulħadd jaqbel li l-litteriżmu bikri għandu rwol kruċjali fl-iżvilupp sħiħ tat-tfal billi jiddetermina s-suċċess futur tagħhom fl-edukazzjoni 33. Il-kisba bikrija tal-litteriżmu hija marbuta wkoll ma’ rati aktar baxxi ta’ tluq bikri mill-iskola. Il-programmi li jinvolvu lill-ġenituri għandu jkollhom element qawwi ta’ litteriżmu bikri. Il-ġenituri u l-persuni li jieħdu ħsieb it-tfal għandhom jiġu ggwidati biex fi djarhom jagħtu lok għal esperjenzi bikrin ta’ litteriżmu 34. L-edukaturi tas-snin bikrin jeħtieġ jippromwovu u jtejbu l-perċezzjonijiet u l-attitudnijiet lejn il-litteriżmu u l-għarfien tiegħu . Dan jista’ jsir billi l-ġenituri u l-persuni li jieħdu ħsieb it-tfal jingħataw l-għajnuna u appoġġ meta jiġu biex jorganizzaw attivitajiet integrati li jqanqlu l-interess tat-tfal u joffru esperjenzi pożittivi ta’ litteriżmu kemm id-dar kif ukoll f’postijiet oħra. Fatturi ċirkostanzjali, bħall-ambjent soċjoekonomiku, il-kompetenza limitata fil-lingwa, id-diffikultajiet jew id-diżabilitajiet marbuta mat-tagħlim, u l-fatt li xi ġenituri jew persuni li jieħdu ħsieb it-tfal, huma stess isibuha bi tqila jaqraw, jistgħu jfixklu lit-tfal milli jkollhom esperjenzi xierqa ta’ tagħlim 36,37. Fuq bażi nazzjonali nħossu l-ħtieġa li jkun hemm sforz kollaborattiv mill-ministeri rilevanti, il-kunsilli lokali, il-libreriji pubbliċi, il-professjonisti tas-snin bikrin u l-midja biex titqajjem kuxjenza pubblika fuq l-importanza li l-litteriżmu jinkiseb fl-ewwel snin. 33 Copple, C., & Bredekamp, S. (Eds.). (2009). Developmentally Appropriate Practice in Early Childhood Programs Serving Children from Birth to Age 8. Washington, DC: National Association for the Education of Young Children Literacy Panel. Retrieved October 11, 2013, from http://www.nifl.gov/publications/pdf/ NELPReport09.pdf. 34 Strickland, D.S. & Riley-Ayers, S. (2006). Early Literacy: Policy and Practice in the Preschool Years. Rutgers: New Brunswick. 35 Neuman, S., Copple, C., & Bredekamp, S. (2000). Learning to Read and Write: Developmentally Appropriate Practices for Young Children. Washington, DC: National Association for the Education of Young Children. 36 37 National Center for Family Literacy. (2008). Developing Early Literacy: Report of the National Early Literacy Panel. Snow, C. E., Burns, M. S., & Griffin, P. (Eds.). (1998). Preventing Reading Difficulties in Young Children. Washington, DC: National Academy Press. 31 Din it-taqsima tipproponi rakkomandazzjonijiet kif jistgħu jingħataw opportunitajiet ta’ tagħlim tal-litteriżmu għat-trabi u t-tfal li jkunu għadhom kemm telqu jimxu, u għall-ġenituri u l-persuni li jieħdu ħsiebhom. Il-programmi jeħtieġ iwasslu biex il-livell tal-litteriżmu ta’ ġenerazzjoni sħiħa jogħla. Dan jista’ jseħħ billi jkunu mistennija standards għolja fit-tagħlim bikri u jissaħħu l-mekkaniżmi tal-iskrinjar bikri. Jista’ jkun hemm titjib fl-istandards billi jiżdied l-investiment fl-edukazzjoni u billi jsir sforz akbar mill-ġenituri biex fi djarhom u fi ħdan il-komunità jrawmu ambjenti mogħnija b’riżorsi tal-litteriżmu. Il-Politika tirrakkomanda li: 1 Is-sehem tat-taħdit fil-kisba tal-litteriżmu għandu jiġi rikonoxxut b’mod ċar u għandhom jiġu promossi opportunitajiet għal djalogu bis-sens bejn l-adulti u t-tfal. 2 Jiżdied l-involviment tal-ġenituri u ta’ dawk li jieħdu ħsieb it-tfal ta’ din l-età fl-iżvilupp tal-litteriżmu permezz ta’ programmi ta’ qari u rrakkontar ta’ stejjer bħal Aqra Miegħi/Read with me. Għandu jkun hemm koordinazzjoni aħjar tal-programmi tal-litteriżmu għall-familja li jsiru fl-iskejjel ma’ dawk li jsiru minn aġenziji oħra. 3 Jiġu promossi inizjattivi u skemi nazzjonali bil-għan li kemm jista’ jkun kull dar ikollha librerija. 4 Titjieb il-kwalità tal-edukazzjoni bikrija permezz tat-taħriġ li jingħata lill-edukaturi qabel ma jibdew jgħallmu u tagħlim ieħor kontinwu f’dan il-qasam bħala parti mill-iżvilupp professjonali tagħhom. 5 32 Għandu jkun hemm koordinazzjoni aħjar fil-proċeduri ta’ skrinjar bikri biex jiġi żgurat li t-timijiet multidixxiplinari jaġixxu b’mod xieraq. Iż-żieda fil-kollaborazzjoni bejn il-ministeri għandha tiffaċilita l-koordinazzjoni. 6 Jitniedu inizjattivi nazzjonali u popolari biex joktru l-prattiki tal-litteriżmu effettivi fid-djar li jiffukaw u jisħqu fuq l-importanza tad-djalogu bis-sens bejn il-ġenituri/l-adulti u t-tfal tagħhom, u s-sehem kbir tal-midja. 7 Għandu jkun hemm integrazzjoni aħjar tal-isforzi li qed isiru biex jinfirex il-litteriżmu fl-ewwel snin billi tikber il-kollaborazzjoni ta’ bejn il-ministeri. STRATEĠIJA NAZZJONALI TAL-LITTERIŻMU 33 Is-Snin Bikrin Fis-snin bikrin (4-6 snin), il-litteriżmu jitrawwem billi jibdew jinkisbu l-ħiliet u l-għerf meħtieġa għat-taħdit, il-qari, il-kitba u l-ħakma ta’ lingwa. Il-kompetenzi konjittivi u lingwistiċi tal-persuna jibdew joħorġu fid-deher u, sa mill-età bikrija ta’ ħames snin, id-differenzi fl-iżvilupp tal-litteriżmu bejn tfal u oħra jkunu evidenti 38. Matul is-snin bikrin, it-tfal jgħaddu mill-edukazzjoni fakultattiva għall-edukazzjoni obbligatorja fejn il-metodi tat-tagħlim informali jsiru tagħlim formali 39. It-tfal jibdew jorbtu l-għarfien tal-litteriżmu li jkunu kisbu matul is-snin tal-edukazzjoni bikrija mal-lingwa miktuba u mitkellma. Il-ħsejjes tal-ittri bil-mod il-mod jgħaqqduhom flimkien biex joħolqu kliem sempliċi. Jibdew jużaw l-istrateġiji tat-tagħlim u jagħmlu l-assoċjazzjonijiet. Jibdew jifhmu li dak li jkunu tgħallmu qabel huwa marbut u se jużawh biex jitgħallmu fil-ġejjieni 40. L-involviment tal-ġenituri fis-snin bikrin jitqies bħala essenzjali biex it-tfal jirnexxilhom jiżviluppaw il-ħiliet tal-litteriżmu tagħhom. Jeħtieġ li l-ġenituri u l-edukaturi tas-snin bikrin jipprovdu lit-tfal tagħhom b’ambjenti ta’ tagħlim għonja fil-litteriżmu ħalli b’hekk l-espożizzjoni għal-litteriżmu toktor u tinfirex. Sabiex dawn il-miżuri jiġu implimentati, għandu jkun hemm għadd ta’ politiki. L-edukazzjoni tal-ġenituri u l-iżvilupp professjonali kontinwu tal-edukaturi tas-snin bikrin iridu jissaħħu. Trid issir ukoll aktar riċerka biex nifhmu aħjar l-implikazzjonijiet li għandu l-bilingwiżmu fuq l-iżvilupp bikri tal-litteriżmu f’Malta. Barra minn hekk għandhom jingħataw prijorità l-opportunitajiet li bihom jitjiebu l-iskejjel, il-metodi tal-iskrinjar bikri u l-prinċipji gwida għat-tagħlim tal-litteriżmu maħsuba għall-edukaturi u l-ġenituri. Il-Politika tirrakkomanda li: 8 Is-sehem tat-taħdit fil-kisba tal-litteriżmu għandu jiġi rikonoxxut b’mod ċar u għandhom jiġu promossi opportunitajiet għal djalogu bis-sens bejn l-adulti u t-tfal. 9 Jixtered u jitħaddem il-metodu ta’ tagħlim magħruf bħala l-Litteriżmu Bilanċjat fejn l-aspetti tekniċi tal-qari u l-kitba jintgħallmu f’kuntesti fejn wieħed jagħmel sens mit-test li jkollu quddiemu. 10 Jiżdied il-ħin iddedikat għall-qari bil-Malti u l-Ingliż fil-kurrikulu kollu. 34 38 Entwisle, D. R., & Alexander K. L. (1993). Entry into School: The Beginning School Transition and Educational Stratication in the United States. Annual Review of Sociology, 19(1), 401-423. 39 National Institute for Literacy (2006). The Early Childhood Longitudinal Study. Retrieved October 11th from http://www.nifl.gov/nifl/facts/ECLS.html. 40 Tabors, P.O. & Snow, C.E. (2003). Young Bilingual Children and Early Literacy Development. In S.B. Neuman & D.K. Dickinson (Eds), Handbook of Early Literacy Research. New York: Guilford Press. STRATEĠIJA NAZZJONALI TAL-LITTERIŻMU 11 Jissaħħu l-proċeduri tal-iskrinjar tal-ħtiġijiet u tat-tfassil tal-profil tat-tfal biex jiġi żgurat li jkun hemm intervent f’waqtu mill-għalliema tal-klassi, mill-għalliema kumplimentari u minn speċjalisti oħra tal-litteriżmu. 12 Jitkabbru u jiżdiedu l-libreriji fil-klassijiet u fl-iskejjel. 13 Il-ġenituri, il-persuni li jieħdu ħsieb it-tfal, u l-iskejjel għandhom ikunu konxji tal-ħtieġa li jkollna standards aħjar fil-litteriżmu bil-Malti u l-Ingliż. L-iżvilupp tal-litteriżmu għandu jingħata prijorità mill-għalliema, mit-timijiet maniġerjali tal-iskejjel, mill-prinċipali tal-kulleġġi u mill-uffiċjali edukattivi. 14 Kull skola għandha jkollha politika ċara għat-tagħlim tal-litteriżmu għall-Malti u l-Ingliż. Din għandha titfassal bis-sehem tal-għalliema tal-klassi, l-għalliema tal-litteriżmu, il-Kapijiet tad-Dipartiment tal-litteriżmu, il-Malti u l-Ingliż, u l-Uffiċjali Edukattivi għas-Snin Bikrin, il-Litteriżmu, il-Malti u l-Ingliż. 15 Jeħtieġ li jinftiehmu aħjar il-proċessi ta’ kisba tal-Malti u l-Ingliż, u l-istrateġiji li jintużaw fit-tagħlim taż-żewġ lingwi fis-snin bikrin. Għandu jkun hemm aktar opportunitajiet għar-riċerka f’dawn l-oqsma biex l-istudji jiggwidaw il-politiki relevanti b’enfasi partikolari fuq id-differenzi bejn l-irġiel u n-nisa, u l-bqija. 16 Għandu jkun hemm opportunitajiet għall-bini tal-kapaċità u l-iżvilupp professjonali kontinwu fil-litteriżmu għal kull min ikun involut f’dan il-qasam. L-Aħħar Snin tal-Primarja Fl-aħħar snin tal-primarja, jiddaħħlu oqsma speċifiċi tat-tagħlim tal-litteriżmu. L-istudenti jitgħallmu strateġiji ta’ fehim, grammatika, kisba ta’ vokabularju, ħeffa fil-qari u mudelli kif wieħed jispelli. L-istudenti li ma jirnexxilhomx jiksbu l-ħiliet bażiċi tal-litteriżmu matul l-aħħar snin tal-primarja, isibuha iebsa jaħkmu s-suġġetti li jiġu mgħallma fis-snin tas-sekondarja. L-iskejjel primarji għandhom jiżguraw li l-istudenti kollha jagħmlu l-progress meħtieġ fil-primarja. Dan isir billi l-għalliema jissorveljaw u jgħinu lil dawk l-istudenti li jkunu f’riskju li jaqgħu lura. L-għalliema kollha tal-aħħar snin tal-primarja għandhom jitħarrġu fil-litteriżmu biex ikollhom l-għarfien essenzjali tal-kompetenzi, l-istili differenti ta’ tagħlim, l-interessi u l-ħtiġijiet tat-tagħlim tal-istudenti tagħhom 42. 41 Literacy for Learning (2004): The Report of the Expert Panel on Literacy in Grades 4-6 in Ontario. Retrieved 15th October 2013 from http://www.edu.gov.on.ca/eng/document/reports/literacy/panel/literacy.pdf. 42 Louden, W., Rohl, M., Barratt Pugh, C., Brown, C., Cairney, T., Elderfield, J., House, H., Meiers, M.,Rivalland, J. & Rowe, K. (2005) ‘In Teachers’ Hands: Effective Literacy Teaching Practices in the Early Years of Schooling’, Monitoring Learning. Retrieved 15th October, 2013 from http://research.acer.edu.au/monitoring_learning/2 35 Biex it-tagħlim tal-litteriżmu jkun effettiv, l-istandards tal-iskejjel u l-politiki għal-litteriżmu jeħtieġ jitfasslu sew u mbagħad jitwettqu. L-ilħuq ta’ miri speċifiċi, l-allokament xieraq ta’ riżorsi, l-istaff speċjalizzat, il-kontenut tal-kurrikulu u l-iżvilupp professjonali għandhom jingħataw prijorità. Jeħtieġ issir ħidma għalenija f’risq il-litteriżmu. L-edukaturi kollha, huma ta’ liema grad huma, ittimijiet tat-tmexxija tal-iskejjel, l-għalliema kumplimentari u l-membri l-oħra tal-istaff, il-ġenituri u l-membri tal-komunità fuq livell usa’ għandhom ilkoll jiġbdu ħabel wieħed fil-litteriżmu. Din it-taqsima tressaq rakkomandazzjonijiet għal politika fuq il-litteriżmu fl-aħħar snin tal-primarja, fejn il-litteriżmu jiġi mgħallem f’ambjent li joffri appoġġ lill-istudenti u jimmotivahom. L-objettiv ewlieni huwa li l-litteriżmu jitħaddan mill-ġenituri, mill-membri tal-istaff tal-iskejjel u l-komunità, u jsir parti integrali mill-ħajja tat-tfal u mill-kurrikulu. Din l-Istrateġija Nazzjonali għal Kulħadd għandha l-għeruq tagħha fin-National Policy and Strategy for the Attainment of Core Competences in Primary Education (2009), tikkonsolida l-istess politika u strateġija, u sseddaqha. Dik il-Politika seħqet fuq l-identifikazzjoni bikrija tad-diffikultajiet marbuta mal-litteriżmu u l-għoti ta’ intervent u appoġġ relevanti 43. Din il-Politika tirrakkomanda li: 17 Fl-iskejjel tal-Istat jitwaqqfu Timijiet tal-Litteriżmu magħmula minn għalliema tal-klassi, għalliema kumplimentari u għalliema tal-litteriżmu. Dawn it-timijiet jitwaqqfu f’kull Kulleġġ, jitmexxew mill-Kap tad-Dipartiment inkarigat mil-litteriżmu u jikkonsultaw mal-Uffiċjali Edukattivi tal-Malti, l-Ingliż u l-Litteriżmu. 18 It-Timijiet tal-Litteriżmu jużaw il-proċeduri tal-Manwal tal-Litteriżmu bħala punt tat-tluq, iżda mbagħad ikunu fil-libertà li jsibu modi u metodi alternattivi biex jilħqu l-miri tagħhom fil-litteriżmu. L-istudenti li jkunu jeħtieġu l-għajnuna fil-litteriżmu għandhom jiġu identifikati mill-iskejjel sa tmiem it-Tielet Sena. Il-pjanijiet ta’ azzjoni biex is-sitwazzjoni ta’ dawn it-tfal tiġi indirizzata b’mod effettiv u tkun prijorità għandhom ikunu ddikjarati b’mod ċar u għandhom jiddaħħlu fil-Pjan għall-Iżvilupp tal-Iskola (SDP). 19 L-iskejjel tal-Istat għandu jkollhom għad-dispożizzjoni tagħhom is-sorsi ta’ informazzjoni relatati mal-prestazzjoni fil-litteriżmu tal-istudenti tagħhom biex ikunu jistgħu jqisuhom fit-tfassil tal-Pjan għall-Iżvilupp tal-Iskola tagħhom. Dawn huma: − − − − − − 43 36 l-assessjar fil-litteriżmu li jsir kull sena fit-Tielet Sena, ir-riżultati tal-aħħar tas-sena fil-Malti u l-Ingliż tar-Raba’ u l-Ħames Sena, ir-riżultati tal-eżami tal-benċmark fil-Malti u l-Ingliż li jsiru fl-aħħar sena tal-Primarja, ir-riżultati taċ-ċikli konsekuttivi tal-Progress in International Reading Literacy Study (PIRLS), informazzjoni dwar l-istudenti li jiġbru l-għalliema kumplimentari kull sena, fejn ikun japplika, l-informazzjoni li toħroġ miċ-ċekkjatur/i tal-kompetenzi bażiċi u t-testijiet fil-qari/fl-ortografija użati fis-Snin Bikrin. National Policy and Strategy for the Attainment of Core Competences in Primary Education (2009), Ministry of Education, Culture, Youth and Sport, Malta. STRATEĠIJA NAZZJONALI TAL-LITTERIŻMU 20 L-iskejjel primarji tal-Istat għandu jkollhom ukoll l-informazzjoni li ġejja għad-dispożizzjoni tagħhom, skont kif applikabbli: − informazzjoni fuq kull student, − informazzjoni fuq il-livell tal-iskola, − il-medji globali ta’ “familji ta’ skejjel”. B’familji ta’ skejjel nifhmu għadd ta’ skejjel li jkunu jixtiebhu f’ċerti aspetti bħalma huma s-sess tal-istudenti, id-daqs tal-iskola u l-ambjent soċjoekonomiku tagħhom. L-iskejjel li jkunu fi ħdan l-istess “familja” jkunu jistgħu jqabblu r-riżultati tagħhom mal-medja globali tal-“familja” tagħhom u b’hekk il-paragun isir bejn skejjel li jixtiebhu mhux bejn l-iskejjel kollha, − il-medji nazzjonali. 21 L-iskejjel primarji tal-Istat għandu jkollhom pjanijiet ta’ azzjoni għal-litteriżmu fil-Pjanijiet għall-Iżvilupp tal-Iskola tagħhom. 22 L-iskejjel primarji tal-Istat għandu jkollhom Pjanijiet ta’ Azzjoni mfassla minnhom (SIAPs) li jinkludu l-komponenti li ġejjin: − mekkaniżmi biex il-ħtiġijiet tal-litteriżmu jiġu assessjati kemm jista’ jkun minn kmieni, − strateġiji fil-qari u l-kitba u riżorsi oħrajn relatati biex l-istudenti kollha jiksbu l-kompetenzi mistennija fil-litteriżmu, − strateġiji biex il-familji u l-komunitajiet lokali jieħdu sehem fil-programmi tal-litteriżmu, − pjanijiet biex dawn l-istrateġiji tal-qari u l-kitba jintużaw il-ħin kollu u b’mod sistematiku, − miri mistennija ta’ titjib fil-livell tal-litteriżmu, − azzjonijiet biex l-iskejjel ikollhom ambjent xieraq għall-istudenti diżlessiċi, − pjanijiet ta’ Żvilupp Professjonali Kontinwu marbuta mal-litteriżmu għall-istaff kollu tal-iskola. 23 L-iskejjel li jkunu xempju tal-eċċellenza fl-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta’ tali pjanijiet, u li jagħtu prova bir-riżultati miksuba ta’ dan is-suċċess, għandhom jiġu identifikati u mogħtija t-titlu ‘‘Skejjel ta’ Eċċellenza fil-Litteriżmu’’. Għandu jkun hemm riżorsi disponibbli għall-iskejjel biex skejjel oħrajn tal-Istat u mhux tal-Istat jagħrfu għaliex l-iskejjel ta’ eċċellenza rnexxew fl-inizjattivi tagħhom u hekk ikunu jistgħu jimitawhom. 24 Id-Dipartiment tat-Tmexxija tal-Kurrikulu għandu jħejji proċeduri u skemi biex l-iskejjel ikollhom ambjent xieraq għall-istudenti diżlessiċi. L-iskejjel li joħolqu dan l-ambjent għandhom jiġu identifikati u mogħtija r-rikonoxximent mistħoqq fuq livell nazzjonali. 25 Permezz tal-ħolqien tat-Timijiet tal-Litteriżmu fil-Kulleġġi, l-għalliema tal-litteriżmu se jkunu qed jagħtu definizzjoni ġdida lill-irwol tagħhom għax se jkunu qed iħeġġu t-tagħlim tal-litteriżmu f’kull sitwazzjoni u stadju tal-ħajja kif tipproponi l-Istrateġija tal-Litteriżmu għal Kulħadd. Dan se jkun jista’ jseħħ bis-saħħa tal-kollaborazzjoni li se tiżdied bejn l-iskola, il-familji u l-komunità lokali fil-qasam tal-litteriżmu. 26 It-Tim tal-Litteriżmu għandu jaħdem id f’id mal-iskejjel primarji tal-Istat tal-Kulleġġ tiegħu biex jiżgura li jkun hemm opportunitajiet spissi u sistematiċi ta’ Qari Flimkien u Qari Gwidat, u dawn ikunu inklużi fil-pjanijiet tat-tagħlim. Huwa mistenni wkoll li dawn l-opportunitajiet ta’ qari jiddaħħlu fil-Pjanijiet ta’ Azzjoni li jitfasslu mill-iskejjel (SIAPs). 37 27 It-Timijiet tal-Litteriżmu għandhom ukoll jaħdmu flimkien mal-istaff tad-diversi servizzi kurrikulari peripatetiċi tal-Kulleġġ tagħhom. Irid ikun hemm fehim reċiproku tal-isfidi fil-litteriżmu li dak il-Kulleġġ partikolari jkun qed iħabbat wiċċu magħhom u kulħadd jaħdem għal għan wieħed. 28 It-Test fil-Litteriżmu li jsir fit-Tielet Sena għandu jsir lill-istudenti kollha tat-Tielet Sena fl-iskejjel primarji tal-Istat. L-iskejjel l-oħra li mhumiex tal-Istat għandhom jiġu mistiedna jieħdu sehem f’dan l-eżerċizzju wkoll. 29 Għandhom jintużaw proċeduri aktar effiċjenti fl-identifikazzjoni u l-assessjar tal-ħtiġijiet tal-litteriżmu. 30 L-għalliema, il-Learning Support Assistants (LSAs) u l-membri tat-Timijiet tat-Tmexxija tal-iskejjel (SMT) għandu jingħatalhom taħriġ għall-Iżvilupp Professjonali Kontinwu tagħhom bl-għan li jtejbu l-ħiliet tagħhom. It-taħriġ għandu jwassal għal ippjanar aħjar, tagħlim aqwa u reviżjoni tal-mod kif għandha titwettaq l-istrateġija tal-litteriżmu fl-iskola. Il-Programmi ta’ Żvilupp Professjonali Kontinwu għandhom jiġu offruti wkoll lill-Kulleġġi u lill-iskejjel mhux tal-Istat. Id-Dipartiment tat-Tmexxija tal-Kurrikulu għandu jqis ukoll talbiet speċifiċi minn kulleġġi u skejjel għal taħriġ speċifiku fi strateġiji tal-litteriżmu. Is-Snin tas-Sekondarja Mill-iskola sekondarja l-istudenti jiksbu l-kwalifiki u l-ħiliet meħtieġa biex ikunu jistgħu jirnexxu wara li jispiċċaw l-iskola obbligatorja. Fis-sekondarja l-istudenti jingħataw il-ħiliet meħtieġa biex ikunu jistgħu jifhmu aħjar suġġetti speċifiċi li jitgħallmu 44. Sa ma jagħlqu ħmistax-il sena, l-istudenti huma mistennija jkunu jafu jaqraw u jiktbu sew u b’mod indipendenti, ikollhom ħakma tajba tal-lingwa li jisimgħu u li jużaw biex jitkellmu, u li jużaw l-istess lingwa b’mod tajjeb 45,46. Fis-snin tal-iskola sekondarja, xi studenti jitilfu l-ħiliet tal-litteriżmu li jkunu kisbu qabel 47. Ħafna studenti jitilqu mill-iskola sekondarja b’livell baxx f’dak li għandu jaqsam malħila tagħhom li jaqraw, jifhmu u jiktbu, u jkun diffiċli għalihom li jkomplu l-Edukazzjoni Avvanzata. Dawk l-istudenti li jitilqu mill-iskola b’livell baxx ta’ litteriżmu jsibuha diffiċli biex ikampaw f’xogħolhom u fil-ħajja ta’ kuljum. L-istudji wrew li xi studenti sekondarji f’Malta mhux biss għandhom livell baxx ta’ litteriżmu imma saħansitra l-prestazzjoni tagħhom fil-litteriżmu hija inqas mil-livelli mistennija 48. Ministry of Education and Employment (2012). A National Curriculum Framework for All. Malta: Salesian Press. Goodwyn, A. & Findlay, K. (2003) Shaping Literacy in the Secondary School: Policy, Practice and Agency in the Age of the National Literacy Strategy. British Journal of Educational Studies, 51 (1), pp. 20-35. 46 European Union High Level Group of Experts on Literacy (2012) Act Now! Final Report: EU High Level Group of Experts on Literacy. Luxembourg: Publications Office of the European Union. 47 Jacobs, J. E., Lanza, S., Osgood, D. W., Eccles, J. S., & Wigfield, A. (2002) ‘Ontogeny of Children’s Self Beliefs: Gender and Domain Differences Across Grades One Through 12’, Child Development, 73, 509–527. 48 Programme for International Student Assessment (PISA 2009+) (2013), Malta Report, Ministry for Education and Employment, Malta. 44 45 38 STRATEĠIJA NAZZJONALI TAL-LITTERIŻMU L-għan prinċipali ta’ din il-politika għas-snin tal-iskola sekondarja huwa li l-istudenti jitħeġġew għat-tagħlim tal-litteriżmu. Biex dan iseħħ mhux biss l-istudenti jridu jkunu ddedikati għat-tagħlim imma wkoll l-għalliema. Irid ikun hemm kollaborazzjoni sħiħa bejn l-istudenti u l-għalliema, u jitħaddmu teknoloġiji ġodda. Il-politika tirrakkomanda li l-metodi u l-materjali użati għat-tagħlim ikunu rilevanti għall-adolexxenti ħalli jinteressawhom. Il-politika tisħaq li għandhom jissaħħu l-programmi tal-litteriżmu fl-iskejjel u lil hinn minnhom. Il-libreriji għandhom jingħataw aktar importanza, ikun hemm żvilupp professjonali aktar iffokat, tranżizzjoni aħjar għall-istudenti mill-primarja għas-sekondarja, u ħafna aktar riċerka f’dan il-qasam. Il-Politika tirrakkomanda li: 31 Fil-Pjan għall-Iżvilupp tal-Iskola (SDP) ikun hemm Politika fuq il-Litteriżmu mfassla mit-Tim tat-Tmexxija tal-iskola (SMT) b’kollaborazzjoni mal-istaff, il-Kapijiet tad-Dipartimenti, l-Uffiċjali Edukattivi, u l-Prinċipali tal-Kulleġġi. 32 Kull Kulleġġ għandu jfassal politika fuq il-lingwa li tkun tirrifletti l-ħtiġijiet tal-istudenti ta’ dak il-kulleġġ. Għal dan il-għan kull skola għandha ddaħħal Politika fuq il-Lingwa fl-Edukazzjoni. 33 It-Tim tal-Litteriżmu ta’ kull Kulleġġ jevalwa s-sitwazzjoni tal-litteriżmu fl-iskejjel rispettivi tiegħu u jfassal pjanijiet ta’ azzjoni biex jindirizza l-ħtiġijiet tal-qarrejja l-batuti b’konsultazzjoni mal-Uffiċjali Edukattivi tal-Malti u l-Ingliż. 34 Fil-bidu tas-sena skolastika, bl-għajnuna tat-Tim tal-Litteriżmu tal-Kulleġġ, isir skrinjar ta’ kull klassi biex jiġi evalwat il-livell ta’ kompetenza fil-litteriżmu ta’ kull student/a. 35 L-istudenti li jkunu qed isibuha bi tqila jitgħallmu minħabba l-livell tal-litteriżmu tagħhom jingħataw sessjonijiet żejda minn għalliema mqabbda apposta. Dawn is-sessjonijiet għandhom jiġu adattati skont il-livell ta’ abilità ta’ dawn l-istudenti. 36 Tiġi stabbilita struttura ta’ responsabilitajiet ċara biex jiġi żgurat li dawk l-istudenti li jiġu assessjati u jinstab li jkollhom diffikultajiet speċifiċi fit-tagħlim tingħatalhom l-għajnuna meħtieġa 37 Abbażi tar-riżultati miksuba fil-PISA (2009+), għandha tingħata attenzjoni partikolari lil dawk l-istudenti li ma jkunux marru tajjeb. 38 Tingħata attenzjoni partikolari lill-istudenti eċċellenti. 39 Jingħata materjal tal-qari xieraq lill-qarrejja kollha biex jiżdied il-qari. 40 L-involviment tal-ġenituri fil-proċess ta’ tagħlim ta’ wliedhom jiġi definit aħjar. Għandhom ikunu aktar infurmati fuq is-sistemi tat-tagħlim li jintużaw fl-iskejjel u għandhom ukoll jiġu aġġornati fuq l-istrateġiji użati mill-għalliema fit-tagħlim tagħhom. Ir-rabta ta’ bejn l-iskola u d-dar għandha tissaħħaħ ħalli l-ġenituri jieħdu aktar sehem fl-edukazzjoni ta’ wliedhom. 39 41 Fl-ewwel snin tal-iskola sekondarja, kull student għandu jkollu portfolju li jkun fih tagħrif fuqu sa mill-ewwel snin tal-iskola primarja. Jekk mhux għal kulħadd tal-inqas dan il-portfolju għandu jintuża għal dawk l-istudenti li jkunu eżenti mill-eżami tal-Benċmark. Fih ikun hemm kitbiet tal-istudenti f’suġġetti differenti li jkunu ġew assessjati mill-għalliema, rekords regolari ta’ qari indipendenti, awtoevalwazzjonijiet, ċekkjaturi bil-miri li jgħinu fl-awtoassessjar, u noti li jispjegaw il-kisbiet magħmula mill-istudenti fuq perjodu ta’ żmien. Il-portfolju jagħti lok lill-istudenti, l-għalliema u l-ġenituri biex jiddiskutu l-progress tal-istudenti fit-tagħlim, u jippjanaw flimkien kif jistgħu jintlaħqu l-miri. Il-portfolju jħeġġeġ ukoll lill-istudenti jkunu responsabbli tat-tagħlim tagħhom. 42 Għandu jkun hemm aktar opportunitajiet għall-għalliema biex janalizzaw il-prattiki tat-tagħlim tagħhom u biex jevalwaw, jippjanaw u jfasslu l-programmi meqjusa neċessarji mill-Politika tal-Litteriżmu tal-iskola tagħhom.. 43 It-taħriġ preparatorju għall-għalliema jsir b’mod li jiżgura li l-għalliema ġodda jkollhom il-ħiliet meħtieġa biex jegħlbu l-isfidi tal-litteriżmu li jiltaqgħu magħhom fil-klassi. 44 L-iżvilupp tal-ħiliet tal-għalliema għandu jkompli tul il-karriera professjonali tagħhom kollha. L-għalliema għandu jkollhom il-possibilità li jiksbu aktar ħiliet fil-proċess ta’ assessjar u evalwazzjoni biex ikunu jistgħu jagħmlu assessjar kontinwu tat-tagħlim li jagħtu. 45 Jiżdiedu l-opportunitajiet ta’ Żvilupp Professjonali Kontinwu fl-oqsma tat-tagħlim u l-assessjar tal-litteriżmu għall-għalliema, l-istaff li jagħti appoġġ u l-maniġment tal-iskejjel u l-kulleġġi. 46. L-għalliema għandhom ikunu aktar liberi u flessibbli f’dak li għandu x’jaqsam mal-kontenut u l-applikazzjoni tas-sillabi tal-Malti u l-Ingliż. 47 Il-kontenut tas-sillabi għandu jiġi revedut b’tali mod li fejn hu meħtieġ, minn naħa jonqos il-kontenut u min-naħa l-oħra jiżdied il-ħin għall-qari. 48 L-għalliema tal-Ingliż u suġġetti oħra li jsiru bl-Ingliż għandhom jitħeġġu jitkellmu bl-Ingliż anke barra mill-klassi. Dan għandu jrawwem attitudni pożittiva lejn l-Ingliż fost l-istudenti. 49 It-Tagħlim Integrat tal-Kontenut u l-Lingwa (CLIL) jintuża b’mod aktar mifrux. Dan jista’ jfisser li xi suġġetti (mhux il-lingwi) jiġu mgħallma biss bl-Ingliż, u oħrajn jiġu mgħallma biss bil-Malti eċċ. 50. L-istudenti jiġu esposti aktar għal-lingwa Ingliża permezz ta’ opportunitajiet ta’ qari, mezzi tal-midja, teknoloġiji ġodda, eċċ. 51 Jitwaqqaf Ċentru ta’ Riżorsi għat-Tagħlim tal-Ilsien Malti u l-Letteratura Maltija biex jipprovdi lill-għalliema b’materjal u riżorsi ta’ kwalità għolja li jkunu jistgħu jintużaw fit-tagħlim tal-Malti. 40 STRATEĠIJA NAZZJONALI TAL-LITTERIŻMU 41 52 Għandhom jiġu allokati fondi apposta lill-iskejjel għall-kotba tat-taħriġ, softwer u riżorsi oħra marbuta mal-litteriżmu. Għandu jkun hemm aktar kollaborazzjoni bejn l-iskola, l-għalliema u l-komunità inġenerali u dan għandu jwassal biex jinħolqu klabbs tal-qari u klabbs tal-litteriżmu għall-istudenti, l-għalliema u l-ġenituri. Il-kunsilli lokali u n-negozji għandhom jiġu involuti f’dan il-qasam biex il-komunità kollha tkun qed tagħti sehemha. 53 Ikun hemm sforz kollettiv minn kull min hu involut fil-litteriżmu fl-iskejjel, il-ġenituri u l-komunitajiet lokali biex il-ħiliet tal-litteriżmu jinkisbu kemm jista’ jkun kmieni. 54 Jixterdu fil-midja l-benefiċċji tal-litteriżmu. Iż-Żgħażagħ L-edukazzjoni avvanzata u l-impjieg jitolbu li ż-żgħażagħ ikollhom livell għoli ta’ litteriżmu. Problemi ta’ natura soċjoloġika (bħal problemi fil-familja, l-assenteiżmu jew id-diffikultajiet fit-tagħlim) jistgħu jfixklu liż-żgħażagħ milli jimxu ’l quddiem fil-qari u l-kitba 49. Min iħaddem qed jistenna dejjem aktar li min japplika biex jaħdem ikollu livelli xierqa ta’ litteriżmu u kwalifiki għolja 50. Illum biex xi ħadd ikun jista’ jagħmel l-attivitajiet ordinarji tal-ħajja ta’ kuljum fis-soċjetà tagħna, irid ikun litterat. Biex wieħed juża t-tagħmir teknoloġiku, bħall-ismartfowns, il-kompjuters u n-netwerks soċjali jrid ikun jaf jikkomunika. Anke biex tapplika għal impjieg li ma tantx ikun jitlob ħiliet jew inkella biex timla formola tas-saħħa, trid tkun taf tikteb u taqra. F’Malta, in-numru ta’ studenti li joħorġu kmieni mill-iskola huwa relattivament għoli 51. Nygaard (2009) 52, tiġbed l-attenzjoni għall-fatt li hemm rabta kbira bejn l-istudenti li joħorġu kmieni mill-iskola, u li jieqfu ħesrem kif ukoll l-imġiba antisoċjali min-naħa l-waħda, u d-diffikultajiet fil-litteriżmu min-naħa l-oħra. Iż-żgħażagħ Maltin u Għawdxin jistgħu jsegwu numru ta’ programmi biex itejbu l-livell ta’ litteriżmu tagħhom wara li jkunu spiċċaw l-edukazzjoni obbligatorja. Dawn il-programmi huma offruti mid-Dipartiment tat-Tagħlim Tul il-Ħajja (DLL) u l-Kulleġġ Malti tal-Arti, ix-Xjenza u t-Teknoloġija (MCAST) u huma mmirati għaż-żgħażagħ u l-istudenti adulti (’il fuq minn 16-il sena) li ma jkollhomx kwalifiki formali. Fil-kompetenzi ewlenin bħalma huma l-ħiliet lingwistiċi u l-kompetenza fl-użu tal-kompjuter, l-istudenti li jeħtieġu l-għajnuna jingħataw appoġġ individwali u korsijiet fi gruppi. 49 Mifsud, C.L., Grech, R., Muscat, D. & Rudd, P. (2006) A Study of Young People following Basic Skills Courses in Malta. Department Further Studies and Adult Education, Education Division, Malta: Government Printing Press. 50 Lindsay, D. (2012,). Maltese Literacy Rates of ‘Particular Concern’ The Malta Independent, retrieved from http://www.independent.com.mt/articles/2012-09-09/news/maltese-literacy-rates-of-particular-concern-315767/ 51 Il-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol (2012). An Early School Leaving Strategy. Malta. Nygaard, C. (2009) Students’ Antisocial and Violent Behaviour in State Secondary Schools. Teżi mhux ippubblikata: l-Università ta’ Malta, Masters fil-Youth and Community Studies. 52 42 STRATEĠIJA NAZZJONALI TAL-LITTERIŻMU Il-politiki li jitfasslu bil-għan li jtejbu l-ħiliet tal-litteriżmu taż-żgħażagħ għandhom jaraw li jissaħħu l-programmi eżistenti u li jitniedu inizjattivi ġodda. Il-ġbir flimkien tal-għarfien u r-riżorsi li għandhom fornituri differenti ta’ servizzi stabbiliti għandu jwassal biex l-inizjattivi b’risq il-litteriżmu jirnexxu aktar u jilħqu aktar żgħażagħ vulnerabbli. L-opportunitajiet ta’ skambji ta’ ideat għandhom jitfasslu b’mod li tiżdied il-kollaborazzjoni bejn gruppi ta’ persuni msieħba fi proġetti u ż-żgħażagħ li joħorġu b’inizjattivi huma stess. Il-Politika tirrakkomanda li: 55 Jitwaqqfu mekkaniżmi ta’ netwerking bejn entitajiet u aġenziji differenti biex titwettaq l-Istrateġija. 56 Jiġu riveduti l-programmi akkreditati tal-Ewwel, it-Tieni u t-Tielet Livell tal-Qafas Malti tal-Kwalifiki (QMK) li jipprovdu entitajiet differenti. 57 Li l-Kummissjoni Nazzjonali għall-Edukazzjoni Avvanzata u Ogħla (NCFHE): − tfassal Qafas ta’ Livelli qabel l-Ewwel Livell; dan huwa partikolarment meħtieġ għal inizjattivi bħall-Programm “Pathway to Indipendent Living” tal-Kulleġġ Malti tal-Arti, ix-Xjenza u t-Teknoloġija (MCAST), − tagħmel modifiki li jirriflettu r-rekwiżiti tal-edukazzjoni vokazzjonali u tal-programmi ta’taħriġ b’adattamenti speċifiċi tal-komponenti tal-Ħiliet Ewlenin, − tiċċara kwistjonijiet relatati mal-ekwivalenzi u l-akkreditazzjoni. L-akkreditazzjoni mhux formali m’għandhiex tkun limitata biss għal programmi mmexxija minn entitajiet privati. 58 Jitwaqqaf netwerk bejn l-entitajiet li fih entitajiet formali u mhux formali jkunu jistgħu jikkollaboraw fuq proġetti ta’ żvilupp u riċerka bħalma huwa dak tal-Libreriji Ħajjin, f’ambjenti formali u mhux formali. 59 Isiru korsijiet fil-Ħiliet tal-Litteriżmu tal-Informazzjoni għal dawk li jaħdmu maż-żgħażagħ jew il-menters tagħhom. 60 Il-menters taż-żgħażagħ jitħarrġu kif jistabbilixxu sistemi ta’ sħab (buddy systems) f’ambjenti formali u mhux formali. Il-menters jistgħu jservu ta’ pont siewi bejn il-professjonisti edukattivi u l-LSAs fuq naħa, u dawk li jaħdmu maż-żgħażagħ f’kuntesti mhux formali fuq in-naħa l-oħra. 61 Jitniedu l-proġetti tal-Libreriji Ħajjin f’istituzzjonijiet edukattivi formali u mhux formali. Fil-proġetti tal-Libreriji Ħajjin jiġu mistiedna persuni li jkunu jaħdmu f’oqsma differenti tal-ħajja biex ikellmu liż-żgħażagħ. L-istudenti joħolqu stallazzjoni ħajja bl-għajnuna tal-istaff tal-librerija u tal-persuni li jaħdmu fis-settur tal-litteriżmu billi jużaw materjal stampat u materjal awdjoviżiv meħud minn sorsi differenti ta’ informazzjoni. 43 44 STRATEĠIJA NAZZJONALI TAL-LITTERIŻMU 62 Jitniedu programmi ta’ tagħlim tal-lingwi. Dan jista’ jwassal biex issir reviżjoni tal-kontenut tal-korsijiet tal-Ewwel u t-Tieni Livell biex minn banda, fejn meħtieġ, jitnaqqas il-kontenut u mill-banda l-oħra, issir aktar enfasi fuq il-kisba tal-ħiliet orali, tal-qari u l-kitba, u l-ħiliet diġitali. 63 Issir reviżjoni tal-korsijiet tal-litteriżmu tal-Ewwel u t-Tieni Livell offruti mid-Dipartiment tat-Tagħlim Tul il-Ħajja (DLL) mibnija fuq il-Qafas Malti għall-Kwalifiki (QMK). 64 Jiżdiedu l-opportunitajiet għall-iżvilupp ta’ programmi ta’ tagħlim integrat u metodoloġiji innovattivi oħra. 65 Joktru u jixterdu l-programmi ta’ litteriżmu formali u mhux formali għall-komunità fiċ-Ċentri tal-Komunità. 66 Isir użu aktar effettiv tat-teknoloġiji l-ġodda u tan-netwerks soċjali fit-tagħlim tal-litteriżmu liż-żgħażagħ. L-Adulti Livell baxx ta’ litteriżmu fi żmien l-adultezza jaf ikollu impatt negattiv fuq l-aspetti personali, soċjali u ekonomiċi tal-persuna. Skont ir-Rapport tal-Grupp ta’ Esperti fuq il-Litteriżmu tal-UE (2012), 20% tal-adulti m’għandhomx livelli sodisfaċenti ta’ litteriżmu biex ikampaw mal-ħtiġijiet tas-seklu 21. L-adulti f’ħafna pajjiżi Ewropej (fosthom Malta), għandhom ftit wisq kwalifiki, ngħidu aħna, il-ħiliet bażiċi fil-qari u l-kitba biss, u għalhekk ma jkomplux l-istudji tagħhom wara l-edukazzjoni obbligatorja 53. It-tfal ta’ dawn il-persuni, x’aktarx jiltaqgħu ma’ diffikultajiet marbuta mal-litteriżmu wkoll, u għaldaqstant għandhom aktar tendenza li jmorru ħażin fl-iskola. Tul is-snin saru bosta inizjattivi u programmi bil-għan li jogħla l-livell tal-litteriżmu fost l-adulti f’Malta. Dawn il-programmi jiġu offruti fil-komunità, f’ċentri ta’ tagħlim għall-adulti u fuq il-post tax-xogħol minn għadd ta’ organizzazzjonijiet. Jiġu offruti wkoll programmi oħra għall-migranti irregolari, ir-residenti tal-faċilità korrettiva u lill-persuni bi ħtiġijiet speċjali 54. Din il-Politika għandha l-għan li ttejjeb l-esperjenza ta’ tagħlim tal-adulti billi żżid l-opportunitajiet għat-tagħlim permezz ta’ ffinanzjar ta’ proġetti, titjib fir-riżorsi u appoġġ lil min iħaddem. Il-Politika tirrakkomanda li: 67 Jiżdiedu l-opportunitajiet għall-iżvilupp professjonali tal-edukaturi tal-Malti u l-Ingliż li jaħdmu fil-qasam tal-litteriżmu tal-adulti billi fost oħrajn ikun hemm korsijiet li jwasslu għal ċertifikat, diploma u baċellerat. 68 Toktor ir-riċerka empirika fuq il-litteriżmu tal-adulti f’Malta, b’referenza partikolari għad-differenzi bejn in-nisa u l-irġiel, eċċ. European Union High Level Group of Experts on Literacy (2012) Act Now! Final Report: EU High Level Group of Experts on Literacy. Luxembourg: Publications Office of the European Union. 54 National Center for Family Literacy (2008). Developing Early Literacy: Report of the National Early Literacy Panel. 53 45 69 Ikun hemm sistema ta’ akkreditazzjoni effiċjenti u ta’ min joqgħod fuqha għall-programmi tal-litteriżmu tal-adulti. Dawk li jipprovdu dawn is-servizzi jsiru konxji tal-benefiċċji tal-akkreditazzjoni tal-korsijiet tal-litteriżmu. 70 Jitfassal Qafas ta’ Kurrikulu għal-Litteriżmu. Dan għandu jintrabat u jissawwar fuq il-Qafas tal-Kurrikulu Nazzjonali (QKN) għas-snin skolastiċi. 71 Jiżdiedu l-programmi tal-litteriżmu għall-familja. 72 Il-kunsilli lokali għandhom jingħataw awtorizzazzjoni statutorja b’rabta mal-edukazzjoni tal-adulti biex ikunu jistgħu jinvestu parti mill-baġit tagħhom għal-litteriżmu tal-adulti. 73 Il-kunsilli lokali jitħeġġu jikkollaboraw mal-entitajiet tal-gvern, mal-Organizzazzjonijiet Mhux Governattivi (NGOs) u mal-Organizzazzjonijiet ibbażati fil-Komunità (CBOs) biex il-ħtiġijiet tal-komunità lokali fir-rigward tal-programmi tal-litteriżmu tal-adulti jintlaħqu b’mod inklużiv u organizzat. 74 Il-libreriji lokali jiġu involuti fi strateġiji lokali tal-litteriżmu għall-adulti li jkunu bbażati fil-komunità. Għandhom isiru sforzi biex “il-librerija tilħaq aktar lill-komunità” u biex “il-komunità tuża aktar il-librerija”. 75 Jintalbu fondi lokali u mill-UE biex jiġu żviluppati għodod u riżorsi għat-tagħlim tal-litteriżmu lill-adulti bil-Malti u l-Ingliż. 76 Il-programmi tal-Litteriżmu għax-Xogħol jiġu offruti lil persuni qiegħda u lil żgħażagħ li ma jkollhomx kwalifiki jew ikollhom ftit wisq kwalifiki. 77 Il-programmi tal-litteriżmu u l-ħiliet bażiċi għandhom jiġu offruti lir-residenti tal-faċilità korrettiva biex jerġgħu jintegraw ruħhom fis-soċjetà. Dawn il-programmi jistgħu jintrabtu mas-sistema tal-parole biex titħeġġeġ il-parteċipazzjoni tal-persuni kkonċernati. 78 Il-persuni b’diffikultajiet u b’diżabilitajiet marbuta mat-tagħlim jingħataw l-għajnuna biex ikollhom aċċess għal-litteriżmu permezz ta’ programmi mfassla apposta għalihom, fosthom programmi li fihom jintużaw il-kompjuters u mezzi elettroniċi oħra. 79 L-unjins tal-ħaddiema u l-impjegaturi għandhom jinkludu t-taħriġ fil-litteriżmu u l-ħiliet bażiċi fil-ftehimiet kollettivi li jagħmlu mal-ħaddiema. 80 Jiġu offruti skemi ta’ inċentivi ta’ taħriġ lil min iħaddem biex isiru korsijiet fil-litteriżmu u fl-edukazzjoni bażika fuq il-post tax-xogħol. 81 It-tagħlim tal-litteriżmu u tal-ħiliet bażiċi jiġi inkluż fl-iskemi ta’ apprendistat u kollokament tal-Korporazzjoni għax-Xogħol u t-Taħriġ (ETC), bil-parteċipazzjoni sħiħa kemm tal-Kulleġġ Malti tal-Arti, ix-Xjenza u t-Teknoloġija (MCAST) kif ukoll tal-Istitut tal-Istudji Turistiċi (ITS). 46 STRATEĠIJA NAZZJONALI TAL-LITTERIŻMU It-Tfal b’Diffikultajiet u Diżabilitajiet Marbuta mat-Tagħlim Minkejja li f’ħajjitna neħtieġu t-taħdit, il-qari u l-kitba, ħafna żgħażagħ u adulti jsibuha diffiċli jiżviluppaw u jiksbu l-ħiliet tal-litteriżmu. Ir-raġunijiet għala xi persuni jsibuha bi tqila jitgħallmu huma bosta u mhux la kemm tispjegahom. Ewlenin fosthom insibu d-diffikultajiet u d-diżabilitajiet marbuta mat-tagħlim. Ir-riċerka turi li l-individwi li jkollhom diffikultà biex jitgħallmu jbatu ħafna biex isibu xogħol stabbli, u ħafna minnhom jew jispiċċaw qiegħda, jew ikollhom jaħdmu ħinijiet twal jew jaqilgħu pagi aktar baxxi minn individwi li m’għandhomx diffikultà jew diżabilità marbuta mat-tagħlim 55. Dawn in-nies jispiċċaw f’din il-qagħda għal għadd ta’ raġunijiet. Waħda minnhom hi li ma jkunux jafu jaqraw, jiktbu tajjeb u jħaddmu ħiliet oħra bażiċi 56. F’Malta għandna għadd kbir ta’ persuni bi ħtiġijiet speċjali li huma rreġistrati bħala illitterati (23.5%). Dawn il-persuni ma jirnexxilhomx jiksbu l-kwalifiki meħtieġa biex ikomplu l-istudji tagħhom lil hinn mill-edukazzjoni obbligatorja 57. Matul il-primarja u s-sekondarja, il-biċċa l-kbira tal-istudenti jiksbu l-ħiliet tal-litteriżmu mingħajr diffikultà u mingħajr il-ħtieġa ta’ xi intervent addizzjonali. Madankollu, studenti oħrajn ma jaslux waħidhom. Ikunu jeħtieġu li xi professjonisti jidentifikaw il-ħtiġijiet tagħhom u li jingħataw appoġġ individwali minn speċjalisti. L-osservazzjoni u l-moniteraġġ mill-bidu għandhom iwasslu biex jiġu identifikati d-diffikultajiet marbuta mal-litteriżmu 58. L-aħjar appoġġ li jistgħu jingħataw dawn l-istudenti hu intervent multisensorjali li jkun iffokat fuq l-abilitajiet individwali tal-istudenti b’diffikultajiet marbuta mal-litteriżmu. Il-kontribut ta’ professjonisti, imħarrġa biex jassessjaw u jintervjenu f’każijiet ta’ persuni li jkollhom diffikultajiet marbuta mal-litteriżmu, huwa kruċjali biex edukaturi oħra jħossuhom kunfidenti meta jiġu biex jagħtu appoġġ fit-tagħlim lil dawk li jkollhom bżonnu. Barra minn hekk, għandu jkun hemm istruzzjonijiet ċari dwar x’tagħmir teknoloġiku ta’ assistenza jew tagħmir ieħor xieraq għandu jintuża fil-programmi, it-taħriġ u l-materjal użat fil-programmi tal-litteriżmu 59. F’Malta jiġu offruti għadd ta’ servizzi lit-tfal b’diffikultajiet u diżabilitajiet marbuta mat-tagħlim fl-iskejjel u fil-komunità. Dawn jieħdu l-forma ta’ assessjar multidixxiplinari, stqarrijiet, edukazzjoni komplimentari, programmi ta’ titjib fil-litteriżmu u konsulenza. Din il-politika għandha l-għan li tiżgura l-integrazzjoni aħjar u titjib fl-iżvilupp tal-programmi eżistenti. 55 Kaye, H. S. (2005). Unpublished Tabulations of 2005 Data from the U.S. Survey of Income and Program Participation. Washington, DC: U.S. Census Bureau, Survey of Income and Program Participation (SIPP). 56 Mooney, M. & Pacuilla-Silver, H. (2010). Literacy, Employment and Youth with Learning Disabilities: Aligning Workforce Development Policies and Programs retrieved November 1st 2013 from http://files.eric.ed.gov/fulltext/ ED512296.pdf Bezzina, F., Callus, A.M. & Cardona, G.C. (2010). The Quality of Life of Disabled People: Some Answers from Census 2005. Malta: KNPD, disponibbli minn fuq: http//www.knpd.org/ 58 Report by a Working Party of the Division of Educational and Child Psychology (1999). Dyslexia, Literacy and Psychological Assessment. U.K: The British Psychological Society. 59 Gregg, N. (2009). Research-Based Best Practice: Assessing and Accommodating the Adolescent and Adult Populations with Learning Disabilities and AD/HD. New York: Guilford Press. 57 47 Il-Politika tirrakkomanda li: 82 Jiġu riveduti l-proċeduri u l-assessjar ta’ riferiment. Tissaħħaħ is-sistema ta’ riferiment ibbażata fuq tliet livelli, fi kliem ieħor, l-għalliem/a tal-klassi, il-professjonisti tal-iskola u l-professjonisti esterni. Għandhom ikunu l-għalliema tal-klassi li jagħżlu f’liema stadju jniedu l-proċeduri ta’ riferiment. 83 L-għalliema għandhom jingħataw appoġġ aħjar u għandhom ikunu mgħammra tajjeb biex jilqgħu t-tfal fil-klassi tagħhom meta jkunu għadhom fl-ewwel fażijiet ta’ identifikazzjoni. 84 Jkun hemm żvilupp professjonali kontinwu għal: a Dawk li jieħdu ħsieb it-tfal biex ikunu jistgħu jirreferu u jgħinu lit-tfal b’diffikultajiet marbuta mat-tagħlim, b L-għalliema tal-iskejjel primarji biex jagħrfu jidentifikaw lit-tfal b’diffikultajiet marbuta mat-tagħlim. L-għalliema għandhom ikunu jafu xi strateġiji jużaw biex jagħmlu intervent xieraq, b’mod partikolari meta tkun qed titħaddem is-sistema ta’ riferiment ibbażata fuq tliet livelli, c L-għalliema tal-iskejjel sekondarji biex ikunu jistgħu jgħinu lit-tfal imsemmija jiżviluppaw il-ħiliet tal-litteriżmu permezz tas-suġġett tagħhom u biex jagħrfu l-importanza tal-litteriżmu fis-suġġetti kollha, d L-għalliema u dawk kollha li jaħdmu ma’ tfal b’forom differenti ta’ diffikultajiet marbuta mat-tagħlim fil-qasam tal-iżvilupp tal-ħiliet li jwasslu għal-litteriżmu, e L-LSAs biex ikunu jistgħu jiffurmaw parti minn tim multidixxiplinari, f L-għalliema komplimentari u l-għalliema li joffru appoġġ fit-tagħlim biex jestendu l-ħila esperta tagħhom fil-litteriżmu. 85 Is-servizzi għat-tfal b’diffikultajiet speċifiċi marbuta mat-tagħlim jissaħħu u jinfirxu biex jilħqu tfal li jkollhom diffikultajiet marbuta mat-tagħlim kumplessi u partikolari. It-tagħlim multisensorjali jintuża fit-tagħlim tas-suġġetti kollha. Dawk kollha li jaħdmu ma’ tfal b’diffikultajiet marbuta mat-tagħlim jagħtu daqqa t’id lill-għalliem/a fit-tagħlim tal-litteriżmu. 86 L-istudenti b’diffikultajiet serji fil-litteriżmu għandhom jingħataw korsijiet intensivi fit-taħdit, il-qari u l-kitba għal perjodu ta’ żmien definit. 87 L-istudenti li jagħmlu korsijiet rilevanti biex jiksbu l-ewwel kwalifika f’dan il-qasam isiru konxji tal-firxa ta’ diffikultajiet marbuta mat-tagħlim permezz ta’ esperjenzi prattiċi mal-istudenti fl-iskejjel. 88 L-iskejjel jingħataw aktar opportunitajiet biex jinvestu f’riżorsi xierqa għat-tfal b’diffikultajiet marbuta mat-tagħlim. 89 L-assistenti tal-klassi, li ngħataw taħriġ bażiku fil-litteriżmu, għandhom jingħataw impjieg. Huma għandhom jgħinu lill-istudenti li jkunu qed jitħabtu biex jitgħallmu jaqraw u jiktbu taħt is-superviżjoni ta’ speċjalisti tal-litteriżmu. 48 STRATEĠIJA NAZZJONALI TAL-LITTERIŻMU 49 90 Għandu jkun hemm sessjonijiet ta’ qsim ta’ prattiki tajbin kif jiġi mgħallem il-litteriżmu fil-klassi, il-materjal li jintuża għall-qari, u l-livell u l-għamla ta’ appoġġ li jingħata lit-tfal skont il-ħtiġijiet tagħhom. 91 Jittieħdu miżuri li jiffavorixxu l-familja biex il-familji jkunu involuti fil-proċess ta’ appoġġ u fil-programmi li jingħataw it-tfal b’diffikultajiet marbuta mat-tagħlim. 92 Isiru korsijiet għall-ġenituri/persuni li jieħdu ħsieb it-tfal biex ikunu jistgħu jgħinu lil uliedhom jiksbu l-ħiliet tat-taħdit, il-qari u l-kitba. 93 Il-libreriji pubbliċi jkollhom kotba, riżorsi u softwer xierqa għall-istudenti b’diffikultajiet marbuta mal-qari. Ċittadini ta’ Pajjiżi Terzi Iċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi (ĊPT) li jgħixu f’Malta għandhom jingħataw l-għajnuna biex jiżviluppaw il-ħiliet tagħhom fil-litteriżmu ħalli b’hekk ikunu jistgħu jikkomunikaw aħjar il-bżonnijiet tagħhom, jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom u jwettqu l-aspirazzjonijiet tagħhom tal-preżent u l-ġejjieni. Jekk dawn il-persuni kompetenti fil-lingwa/i użati fil-komunità jkollhom aktar ċans javvanzaw fl-istudji tagħhom u jsibu impjieg aħjar. Migranti li ma jkollhomx il-ħiliet lingwistiċi bażiċi jistgħu jinqatgħu għalihom waħedhom u jispiċċaw jiġu sfruttati 60. Fl-iskola primarja, numru kbir ta’ tfal migranti ma jkollhomx il-livell ta’ litteriżmu mistenni biex ikunu jistgħu jkampaw tajjeb bil-lingwa tal-pajjiż li jkun qed jospitahom u għalhekk ibatu biex jagħmlu x-xogħol li jingħatawlhom 61, 62. F’Malta huwa mistenni li t-tfal tal-migranti jkollhom ħakma tal-Malti u l-Ingliż biex ikunu jistgħu jsegwu bħat-tfal l-oħra fil-klassi. Minħabba ż-żieda ta’ migranti irregolari f’Malta, li ħafna minnhom iġibu magħhom tfal tal-età tal-iskola, jeħtieġ li s-sistema edukattiva Maltija tiġi riveduta biex tinkorpora l-parteċipazzjoni tat-tfal migranti fl-iskejjel 63. In-numru ta’ tfal barranin fl-iskejjel kollha ta’ Malta u Għawdex, u l-aktar fl-iskejjel tal-Istat, qed jiżdied bil-kbir 64. 60 61 50 Asian American Justice Center, (2007). Adult Literacy Education in Immigrant Communities: Identifying Policy and Program Priorities for Helping Newcomers Learn English. Retrieved on 26th October, 2013 from http://www.aecf. org/upload/publicationfiles/IM3622H5009.pdf Geva, E. & Verhoeven, L. (2000) Basic Processes in Early Second Language Reading. Scientific Studies of Reading, 4, 261-353. (Special issue). 62 Driessen, G., Van Der Silk, F & De Bot, K. (2002) Home Language and Language Proficiency: A Large-Scale Longitudinal Study in Dutch Primary Schools. Journal of Multilingual and Multicultural Development, 20, 175-194. 63 Calleja, C., Cauchi, B., & Grech, M. (2010). Education and Ethnic Minorities in Malta. Malta: e-SPICES Learning Partnership. 64 Vassallo, J. (2013). The Integration of Third Country Nationals in the Maltese Education System. Id-Direttorat għal Kwalità u Standards fl-Edukazzjoni, il-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol. STRATEĠIJA NAZZJONALI TAL-LITTERIŻMU Fil-biċċa l-kbira tal-iskejjel primarji tal-Istat, l-għalliema komplementari u l-għalliema tal-litteriżmu jintalbu jgħinu lil dawn l-istudenti jitgħallmu lingwa biex tkun iffaċilitata l-integrazzjoni soċjali, kulturali u edukattiva tagħhom. Fis-settur tas-sekondarja, uħud minn dawn l-istudenti jistgħu jsegwu programm fil-Malti u l-Ingliż bħala ilsna addizzjonali, jew inkella jiddaħħlu fil-Programm tal-Kompetenzi Ewlenin. Hemm oħrajn imma li ma jingħatawx appoġġ u jkollhom jaqdfu għal rashom 65, 66, 67. L-iskejjel u l-istituzzjonijiet edukattivi l-oħrajn għandhom jiċċelebraw id-diversità kulturali. L-Istrateġija Nazzjonali tal-Litteriżmu għal Kulħadd f’Malta u Għawdex tirrikonoxxi l-qagħda partikolari ta’ dawn il-gruppi etniċi. L-istudenti barranin għandhom ikunu milqugħa u jiġu inklużi. Għalhekk, hemm bżonn servizz partikolari kif ukoll strateġiji li jkunu mmirati speċifikament għaċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi (ĊPT). Il-Politika tirrakkomanda li: 94 Il-ġenituri migranti jingħataw tagħrif fuq iċ-ċentri tat-tfal u l-iskejjel li fihom jistgħu jibagħtu lil uliedhom. 95 Il-ġenituri migranti jitħeġġu jdaħħlu lil uliedhom l-iskola mill-aktar fis ħalli jfittxu jintegraw ruħhom u jiżviluppaw il-ħiliet bażiċi tagħhom. 96 Il-klassijiet ta’ appoġġ fil-lingwa għandhom ikunu żgħar biex jinħoloq ambjent sigur u l-istudent ma jiħux xokk kulturali meta jiddaħħal fi klassi normali. Fi gruppi żgħar l-istudenti jkunu jistgħu jingħataw attenzjoni individwali u għalhekk jħossuhom komdi jieħdu r-riskji fil-ħiliet relatati mal-lingwa u l-litteriżmu li jkunu qed jiġu mgħallma. 97 Għandu jkun hemm komunikazzjoni kontinwa bejn it-tuturi tal-klassijiet ta’ appoġġ fil-lingwa/i u l-għalliema tal-klassi regolari. 98 It-tagħlim tal-litteriżmu għandu jkun interdixxiplinari, multikulturali u interattiv, u marbut mal-esperjenzi mgħoddija tal-istudenti. 99 Il-ħiliet fil-litteriżmu għandhom jiġu mgħallma f’kuntest u b’mod li jagħmel sens fil-prattika u fil-ħajja ta’ kuljum. 100 Il-programmi tal-litteriżmu għandu jkunu ggradati skont il-ħila tat-tfal. 65 Frendo, V. (2005). Children’s Rights and Cultural Diversity in the School. A Focus on the Integration of Non-Maltese Speaking Children in the Primary Classroom. (Unpublished Master’s dissertation). University of Malta, Malta. 66 Galea, S., Attard Tonna, M., & Cassar, J. (2011). Young Migrant Women in the Making. Educational Experiences in Maltese Secondary Schools. In J. Christododoulou (Ed.), Young 67 Sammut, S. (2004). The ‘Alien’ Experience: Returned Migrants in Gozitan Secondary Schools. (Unpublished Master’s dissertation). University of Malta, Malta. 51 101 L-iskejjel għandhom ikunu f’pożizzjoni li jiddeċiedu jistgħux jilqgħu lil dawn l-istudenti ġodda jew le. X’aktarx li ħafna minn dawn l-istudenti, il-mixja edukattiva tagħhom tkun tħarbtet minħabba l-konflitti f’pajjiżhom u jkunu għaddew minn żminijiet iebsa ħafna. Il-Kulleġġ jew l-iskola jkun jaqblilha li ssib traduttur jew ġenituri oħra li jitkellmu l-istess lingwa fl-ewwel fażi tal-proċess ta’ integrazzjoni fl-iskola. 102 Jitfasslu linji gwida skont l-età dwar kif l-istudenti jistgħu jiġu assessjati. L-użu ta’ riżorsi elettroniċi kif ukoll il-faċilitajiet ta’ traduzzjoni jistgħu jgħinu biex jiġi stabbilit u mtejjeb l-assessjar tal-litteriżmu. 103 Jitħaddmu l-prattiki ta’ litteriżmu użati fil-familja u l-komunità biex fl-iskola l-istudenti kollha jingħataw l-aqwa esperjenza edukattiva possibbli. 104 L-għalliema u dawk kollha involuti għandhom jingħataw opportunitajiet ta’ Żvilupp Professjonali Kontinwu fil-qasam tat-tagħlim tal-litteriżmu lil Ċittadini ta’ Pajjiżi Terzi. 105 Jitfasslu linji gwida għat-tagħlim tal-Malti bħala t-tieni lingwa jew bħala lsien barrani. 106 Ikun hemm koordinazzjoni mad-Dipartiment tas-Saħħa biex jittieħdu miżuri ta’ prevenzjoni u interventi fil-ħin, speċjalment fir-rigward tal-Patoloġiji tat-Taħdit u l-Lingwa, ħalli b’hekk ikunu jistgħu jiġu identifikati diffikultajiet li jxekklu l-iżvilupp fil-litteriżmu. 107 Joktru l-ambjenti li jkunu mimlijin bil-kotba, speċjalment fost studenti u familji li ftit għandhom kotba fi djarhom. 108 Il-ġenituri għandhom jiġu ggwidati kif jistgħu jsaħħu u jagħtu importanza lil-litteriżmu biex l-iskejjel isiru aktar sensittivi għar-realtajiet soċjali, kulturali u storiċi tagħhom. Dan jista’ jsir billi jissaħħu r-rabtiet bejn id-dar u l-iskola, isiru sessjonijiet ta’ trawwim ta’ kuxjenza favur il-litteriżmu għall-ġenituri, jiżdied it-tagħlim tal-ġenituri, u jitħaddmu programmi ta’ appoġġ bħas-sistema tas-sħab (buddy system). 109 Il-ġenituri jitħeġġew jaqraw lil uliedhom u jipprovdu biżżejjed opportunitajiet biex uliedhom jiżviluppaw l-għarfien fonoloġiku permezz ta’ taqbiliet u għanjiet. 110 Il-ġenituri jingħataw l-appoġġ meħtieġ biex jużaw ħiliet u strateġiji differenti li jagħtu spinta lil-litteriżmu fil-familja. 111 Id-Direttorat għat-Tagħlim Tul il-Ħajja (DLL) jikkollabora mal-aġenziji li jmexxu ċ-ċentri miftuħa tal-migranti biex jiġu organizzati korsijiet fil-lingwi u f’ħiliet bażiċi oħrajn. 112 Id-Direttorat għat-Tagħlim Tul il-Ħajja (DLL) jikkollabora mal-Agency for the Welfare of Asylum Seekers (AWAS) biex il-migranti li jgħixu fil-komunità jkollhom aċċess għall-korsijiet tal-litteriżmu. 113 Il-programmi tal-lingwa u l-litteriżmu għall-adulti migranti għandhom iqisu l-esperjenzi personali tal-migranti u l-aspirazzjonijiet tagħhom. 114 L-għalliema tal-litteriżmu li jaħdmu mal-migranti fi programmi maħsuba apposta għalihom jew fi klassijiet regolari jitħarrġu kif iġibu ruħhom u jaffrontaw sitwazzjonijiet multikulturali. 52 STRATEĠIJA NAZZJONALI TAL-LITTERIŻMU Il-Litteriżmu Diġitali Il-litteriżmu diġitali għandu rwol ċentrali f’ħajjet in-nies. Min ikun kapaċi jikkomunika, jitgħallem u jaħdem permezz ta’ diversi teknoloġiji jkun f’qagħda aħjar minn min ma jkollux dawn il-ħiliet 68. Bis-saħħa tat-teknoloġiji l-ġodda l-individwi jiksbu l-ħiliet u l-għerf neċessarji biex jieħdu sehem attiv f’attivitajiet komunitarji, kulturali, kummerċjali u intellettwali 69. It-tagħlim b’mezzi diġitali, sa mill-ewwel snin tat-tfulija, qed jingħata attenzjoni kbira. Il-litteriżmu diġitali huwa wieħed mit-temi interkurrikulari identifikati fil-Qafas tal-Kurrikulu Nazzjonali (QKN) 70. L-integrazzjoni tad-diversi forom ta’ litteriżmu diġitali fil-kurrikulu Malti tista’ tirnexxi biss jekk l-edukaturi nfushom ikunu jafu jħaddmuhom tajjeb. Dawn il-forom ġodda ta’ litteriżmu jistgħu jżidu l-motivazzjoni u l-parteċipazzjoni tal-istudenti fit-tagħlim, u għalhekk huma kruċjali biex it-tagħlim ikun effettiv 71, 72. Din il-politika tagħmel għadd ta’ rakkomandazzjonijiet biex jitrawmu bosta forom ta’ litteriżmu diġitali fil-klassi u fil-komunità. Saret sejħa lil kull min jaħdem f’dan il-qasam biex tissawwar viżjoni ċara kif se ssir l-implimentazzjoni u t-tixrid tat-teknoloġiji ġodda għal skopijiet ta’ tagħlim. Se ssir evalwazzjoni tal-prattiki fejn it-teknoloġija qed tintuża għat-tagħlim biex insiru nafu jekk l-għanijiet, wara kollox, humiex qegħdin jintlaħqu. Għandha titrawwem kultura ta’ kollaborazzjoni u għandhom jiġu mħeġġa opportunitajiet fejn il-prattiki tajbin jinqasmu bejn l-imsieħba ħa kulħadd jitgħallem minnhom. Il-Politika tirrakkomanda li: 115 Jiġi mistħarreġ x’kompetenzi diġitali għandhom l-għalliema u kif l-għalliema u l-istudenti jġibu ruħhom waqt li fit-tagħlim ikunu qed jinqdew bit-teknoloġiji diġitali. 116 Id-Direttorat tat-Tagħlim Elettroniku jieħu f’idejh il-promozzjoni u l-moniteraġġ tal-ħiliet diġitali tat-tfal u l-edukaturi, u tal-metodoloġiji użati fil-litteriżmu diġitali. 117 Jitfasslu u jitħaddmu għodod ta’ assessjar tal-litteriżmu diġitali fl-iskejjel. 118 Titħeġġeġ ir-riċerka fil-litteriżmu diġitali, fost oħrajn fil-pedagoġiji, it-teknoloġiji u t-tħaddim tiegħu. 119 It-timijiet ta’ tmexxija tal-iskejjel jiġu involuti fl-istadji kollha tal-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet b’rabta mal-viżjoni “teknoloġija diġitali lil kull student/a’’ biex jiġi żgurat li l-iskejjel iħossu li l-proġett huwa tagħhom ukoll. 120 Sa mill-bidu nett, l-imsieħba kollha fil-proġett għandu jkollhom viżjoni komuni fir-rigward talobjettivi fuq l-iżvilupp tal-abilitajiet fil-lingwa u l-litteriżmu permezz tat-teknoloġiji l-ġodda. Evans, J (ed) (2004). Literacy Moves On: Using Popular Culture, New Technologies and Critical Literacy in the Primary Classroom. London: David Fulton Publishers. 69 Hague, C & Payton, S (2010), Digital Literacy across the Curriculum. Futurelab, retrieved 26th October from www. futurelab.org.uk/ projects/digital-participation. 70 Il-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol (2012). Il-Qafas tal-Kurrikulu Nazzjonali għal Kulħadd. Malta: Salesian Press.. 71 Herrington, J., Oliver, R., & Reeves, C. (2003). Patterns of Engagement in Authentic Online Learning Environments. Australian Journal of Educational Technology, 19(1), 59-71. 72 Mills, K. (2010). “Shrek Meets Vygotsky.” Journal of Adolescent & Adult Literacy 54(1): 35-45. 68 53 54 STRATEĠIJA NAZZJONALI TAL-LITTERIŻMU 121 Il-kulleġġi u l-iskejjel għandhom jiġu megħjuna jadattaw il-kontenut elettroniku għall-ħtiġijiet fil-litteriżmu tal-istudenti tagħhom. 122 Jingħataw sessjonijiet ta’ informazzjoni lill-ġenituri biex dawn ikunu jistgħu jgħinu ’l uliedhom jinqdew bil-kontenut elettroniku minn djarhom. 123 L-għalliema jingħataw aktar appoġġ mill-għalliema tat-tagħlim diġitali fl-iskola fejn jgħallmu. 124 L-aħjar prattiki fit-tagħlim elettroniku jixterdu fl-iskejjel bis-sehem tal-persuni li jkunu spikkaw fil-Litteriżmu Diġitali. 125 Ikun hemm bini tal-kapaċitajiet fit-tagħlim elettroniku permezz tal- Iżvilupp Professjonali Kontinwu. 126 Fil-programmi universitarji għal dawk li jkunu beħsiebhom jilħqu għalliema jsir tagħlim fuq l-iżviluppi ġodda fil-litteriżmu diġitali. 127 Il-libreriji ta’ Malta u Għawdex isiru diġitali, biex il-kotba elettroniċi jsiru aċċessibbli għal kulħadd u hekk jgħinu lill-pedagoġija tal-litteriżmu diġitali, fosthom it-tagħlim mibni fuq l-istħarriġ. 128 Issir reviżjoni tal-użu tal-Pjattaforma Virtwali tat-Tagħlim tal-Fronter biex tgħin tassew fil-promozzjoni tal-ħiliet tat-taħdit, il-qari u l-kitba. 129 Jinfirex l-użu tat-teknoloġiji ġodda ċellulari fit-tagħlim. 130 Il-kontenut elettroniku li jitqiegħed għad-dispożizzjoni tal-iskejjel jiġi adattat u ggradat skont il-ħtiġijiet fil-lingwa u l-litteriżmu ta’ studenti differenti. Dan jista’ jseħħ billi l-edukaturi jingħataw l-għodda meħtieġa biex isegwu l-andament u l-progress tal-istudenti tagħhom permezz ta’ portfolji elettroniċi onlajn. 131 Jiġu stabbiliti rabtiet sodi bejn id-dar u l-iskola biex it-tfal jiġu megħjuna meta jużaw il-litteriżmu diġitali biex jitgħallmu. 132 Issir kampanja biex titrawwem kuxjenza fil-komunità inġenerali dwar il-benefiċċji edukattivi tal-litteriżmu diġitali. 133 Il-programm tat-tablets fl-iskejjel jiġi aġġornat biex jirrifletti l-għanijiet tal-Istrateġija Nazzjonali tal-Litteriżmu għal Kulħadd f’Malta u Għawdex. 134.Isir assessjar tal-kompetenzi diġitali tal-għalliema, jitwettqu studji pilota fuq l-għoti ta’ teknoloġija diġitali lil kull student/a, u ssir evalwazzjoni tas-sistema diġitali kollha. 135. Fuq il-bażi tal-esperjenzi miksuba mill-proġett tat-teknoloġija għal kull student (pereżempju l-Proġett tan-Netbooks), jiġu żviluppati proġetti pilota oħra bit-tablets. 136.Titwaqqaf sistema elettronika onlajn ta’ għajnuna lill-pubbliku biex l-implimentazzjoni tal-proġett tat-teknoloġija lil kull student issir aħjar. 137. Issir reviżjoni u analiżi tal-proġetti pilota tat-teknoloġija lil kull student. 138. Jitwaqqfu sistemi ta’ appoġġ pedagoġiku, tekniku u amministrattiv rilevanti, skont ir-riżultati tal-proġetti pilota. 55 Referenzi Asian American Justice Center, (2007). Adult Literacy Education in Immigrant Communities: Identifying Policy and Program Priorities for Helping Newcomers Learn English. Meħud fis-26 ta’ Ottubru, 2013 minn http://research.acer.edu.au/monitoring_learning/2 Bailey, I. (2006), Overview of the Adult Literacy System in Ireland and Current Issues in its Implementation, f’Review of Adult Learning and Literacy: volume 6: Connecting Research, Policy, and Practice, edituri J. Comings, B. Garner, C. Smith & N. Center for the Study of Adult Learning and Literacy, Lawrence Erlbaum Associates, Mahwah, pp. 197-240. Bezzina, F., Callus, A.M. & Cardona, G.C. (2010). The Quality of Life of Disabled People: Some Answers from Census 2005. Malta: KNPD, disponibbli minn fuq: http://www.knpd.org/ Brooks, G., Giles, K., Harman, J., Kendall, S., Rees, F., & Whittaker, S. (2001) Assembling the Fragments: A Review of Research in Adult Basic Skills. National Foundation for Educational Research. Londra: DfEE. Brooks-Gunn, J. (2003). Do You Believe in Magic? What We Can Expect From Early Childhood Intervention Programs. Social Policy Report, 17(1), 3-14. Calleja, C., Cauchi, B., & Grech, M. (2010). Education and Ethnic Minorities in Malta. Malta: e-SPICES Learning Partnership. Carpentieri, J., Fairfax-Cholmeley, K., Litster, J., & Vorhaus, J. (2011) Family Literacy in Europe: Using Parental Support Initiatives to Enhance Early Literacy Development. Londra: NRDC, Institute of Education. Copple, C., & Bredekamp, S. (Edituri). (2009). Developmentally Appropriate Practice in Early Childhood Programs Serving Children from Birth to Age 8. Washington, DC: National Association for the Education of Young Children Literacy Panel. Meħud fil-11 ta’ Ottubru , 2013, minn http://www.nifl.gov/publications/pdf/ NELPReport09.pdf. Il-Kunsill tal-Ewropa (2007). From Linguistic Diversity to Plurilingual Education. Language Policy Division, Strażburgu. Desforges, C. & Abouchaar, A. (2003). The Impact of Parental Involvement, Parental Support and Family Education on Pupil Achievements and Adjustments: A Literature Review. Londra: DfES. Driessen, G., Van Der Silk, F & De Bot, K. (2002) Home Language and Language Proficiency: A Large-Scale Longitudinal Study in Dutch Primary Schools. Journal of Multilingual and Multicultural Development, 20, 175-194. 56 STRATEĠIJA NAZZJONALI TAL-LITTERIŻMU Entwisle, D. R., & Alexander K. L. (1993). Entry into School: The Beginning School Transition and Educational Stratication in the United States. Annual Review of Sociology, 19(1), 401-423. European Union High Level Group of Experts on Literacy (2012) Act now! Final report: EU High Level Group of Experts on Literacy. il-Lussemburgu: L-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea. Frendo, V. (2005). Children’s Rights and Cultural Diversity in the School. A Focus on the Integration of Non-Maltese Speaking Children in the Primary Classroom. (Teżi tal-Master Mhux Ippubblikata). L-Università ta’ Malta, Malta. Galea, S., Attard Tonna, M., & Cassar, J. (2011). Young Migrant Women in the Making. Educational Experiences in Maltese Secondary Schools. F’J. Christododoulou (Editur), Young Migrant Women in Secondary Education. Promoting Integration and Mutual Understanding Through Dialogue and Exchange (pp. 87-124). Ċipru: University of Nicosia Press. Geva, E. & Verhoeven, L. (2000) Basic Processes in Early Second Language Reading. Scientific Studies of Reading, 4, 261-353. (Ħarġa speċjali). Goodwyn, A. & Findlay, K. (2003) Shaping Literacy in the Secondary School: Policy, Practice and Agency in the Age of the National Literacy Strategy. British Journal of Educational Studies, 51 (1), pp. 20-35. Gregg, N. (2009). Research-Based Best Practice: Assessing and Accommodating the Adolescent and Adult Populations with Learning Disabilities and AD/HD. New York: Guilford Press. Evans, J. (editur) (2004). Literacy Moves On: Using Popular Culture, New Technologies and Critical Literacy in the Primary Classroom. Londra: David Fulton Publishers. Hague, C. & Payton, S. (2010), Digital Literacy across the Curriculum. Futurelab, meħud fis-26 ta’ Ottubru minn www.futurelab.org.uk/ projects/digital-participation. Herrington, J., Oliver, R., & Reeves, C. (2003). Patterns of Engagement in Authentic Online Learning Environments. Australian Journal of Educational Technology, 19(1), 59-71. Henry, M.K. (2004). Unlocking Literacy: Effective Decoding & Spelling Instruction. Maryland: Paul Brookes Publishing co. Jacobs, J. E., Lanza, S., Osgood, D. W., Eccles, J. S., & Wigfield, A. (2002) ‘Ontogeny of Children’s Self Beliefs: Gender and Domain Differences across Grades One Through 12’, Child Development, 73, 509–527. Johnstone, R. (2002), Addressing ‘the age factor’: Some implications for languages policy, Il-Kunsill tal-Ewropa, http://www.coe.int/t/dg4/linguistic/source/JohnstoneEN.pdf 57 Kağitçibaşi, Ç., Sunar, D., Bekman, S., & Cemalcilar, Z. (2005). Continuing Effects of Early Intervention in Adult Life: Preliminary Findings of Turkish Early Enrichment Project Second Follow Up Study. Istanbul: Mother Child Education Foundation Publications. Kaplan, M.S. (2001), School-Based Intergenerational Programs. Hamburg, il-Ġermanja: UNESCO. Kaye, H. S. (2005). Unpublished Tabulations of 2005 Data from the U.S. Survey of Income and Program Participation. Washington, DC: U.S. Census Bureau, Survey of Income and Program Participation (SIPP). Kress, G. (2003). Literacy in the New Media Age. Rouledge: Londra. Lee, V.E. & Burkam, D.T. (2002). Inequality at the Starting Gate: Social Background Differences in Achievement as Children begin School. Washington, DC: Economic Policy Institute. Lindsay, D. (9 ta’ Settembru). Maltese Literacy Rates of ‘Particular Concern’ The Malta Independent, meħud minn http://www.independent.com.mt/articles/2012-09-09/news/maltese-literacy-rates-ofparticular-concern-315767/ Literacy for Learning (2004): The Report of the Expert Panel on Literacy in Grades 4-6 in Ontario. Meħud fil-15 ta’ Ottubru 2013 minn http://www.edu.gov.on.ca/eng/document/reports/literacy/panel/ literacy.pdf. Louden, W., Rohl, M., Barratt Pugh, C., Brown, C., Cairney, T., Elderfield, J., House, H., Meiers, M.,Rivalland, J. & Rowe, K. (2005) ‘In Teachers’ Hands: Effective Literacy Teaching Practices in the Early Years of Schooling’, Monitoring Learning. Meħud fil-15 ta’ Ottubru, 2013 minn http://research.acer.edu.au/monitoring_learning/2 Mifsud, C.L., Grech, R., Muscat, D. & Rudd, P. (2006) A Study of Young People following Basic Skills Courses in Malta. Diviżjoni tal-Edukazzjoni, Malta: L-Istamperija tal-Gvern. Mifsud, C.L., Grech, R., Hutchison, D., Morrison, J., Rudd, P. & Hanson, J., (2004) Literacy for School Improvement – Value Added for Malta. Agenda Publishers, Malta. Mills, K. (2010). “Shrek meets Vygotsky.” Journal of Adolescent & Adult Literacy 54(1): 35-45. Il-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol (2012). Il-Qafas tal-Kurrikulu Nazzjonali għal Kulħadd. Malta: Salesian Press. Il-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol (2012). An Early School Leaving Strategy. Malta Mooney, M. & Pacuilla-Silver, H. (2010). Literacy, Employment and Youth with Learning Disabilities: Aligning Workforce Development Policies and Programs meħud fl-1 ta’ Novembru, 2013 minn http://files.eric.ed.gov/fulltext/ED512296.pdf National Center for Family Literacy. (2008). Developing Early Literacy: Report of the National Early Literacy Panel. National Institute for Literacy (2006). The Early Childhood Longitudinal Study. Meħud fil-11 ta’ Ottubru minn http://www.nifl.gov/nifl/facts/ECLS.html. 58 STRATEĠIJA NAZZJONALI TAL-LITTERIŻMU Neuman, S., Copple, C., & Bredekamp, S. (2000). Learning to Read and Write: Developmentally Appropriate Practices for Young Children. Washington, DC: National Association for the Education of Young Children. New South Wales (NSW). Department of Education and Training (2009). An Introduction to Quality Literacy Teaching. Wales. Nygaard, C. (2009) Students’ Antisocial and Violent Behaviour in State Secondary Schools. Teżi mhux ippubblikata: L-Università ta’ Malta, Masters fil-Youth and Community Studies. Organisation for Economic Co-operation and Development. (2009). PISA 2009 Assessment Framework: Key Competencies in Reading, Mathematics and Science. Pariġi. Organisation for Economic Co-operation and Development (OECD) (1996), Lifelong Learning for All, OECD, Pariġi. Programme for International Student Assessment (PISA 2009+) (2013), Malta Report, Il-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol, Malta. Progress in International Reading Literacy Study (PIRLS, 2011), Malta Report, Il-Ministeru għallEdukazzjoni u x-Xogħol, Malta. Rapport minn Working Party of the Division of Educational and Child Psychology (1999). Dyslexia, Literacy and Psychological Assessment. Ir-Renju Unit: The British Psychological Society. Sammut, S. (2004). The ‘Alien’ Experience: Returned Migrants in Gozitan Secondary Schools. (Teżi tal-Master Mhux Ippubblikata). L-Università ta’ Malta, Malta. Sénéchal , M., & Young, L. (2008). The Effect of Family Literacy Interventions on Children’s Acquisition of Reading from Kindergarten to Grade 3: A Meta-Analytic Review. Review of Educational Research, 78(4), 880-907. Snow, C. E., Burns, M. S., & Griffin, P. (Edituri). (1998). Preventing Reading Difficulties in Young Children. Washington, DC: National Academy Press. Spodek, B., & Saracho, O.N. (Edituri). (2006). Handbook of Research on the Education of Young Children. Mahwah, New Jersey: Lawrence Erlbaum Associates. Strickland, D.S. & Riley-Ayers, S. (2006). Early Literacy: Policy and Practice in the Preschool Years. Rutgers: New Brunswick. Tabors, P.O. & Snow, C.E. (2003). Young Bilingual Children and Early Literacy Development. F’S.B. Neuman & D.K. Dickinson (Edituri), Handbook of Early Literacy Research. New York: Guilford Press. Vassallo, J. (2013). The Integration of Third Country Nationals in the Maltese Education System. Id-Direttorat għal Kwlaità u Standards fl-Edukazzjoni, il-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol. Wiegel, M., James, C. & Gardner, H. (2009). Learning: Peering Backward and Looking Forward in the Digital Era, International Journal of Learning and Media (ILJM), 1 (1). 59 L-Appendiċi: Il-Gruppi ta’ Ħidma Konsultattivi Is-Snin Bikrin u l-Ewwel Ftit Snin Rachael Agius, David Agius-Muscat, Raymond Facciol, Helen Grech, Tania Mangion, Mariangela Schembri Meli, Rita Micallef, Josanne Schiavone, Suzanne Vassallo. L-Aħħar Snin tal-Primarja Christopher Bugeja, Antoinette Debattista, Marika Farrugia, Charles Mifsud, Anita Seguna, Sandro Spiteri. Is-Snin tas-Sekondarja Mary Anne Camilleri, Anthony De Gabriele, Joanne Grima, George Mifsud, Maria McNamara. Iż-Żgħażagħ Ruth Baldacchino, David Muscat, Carmen Nygaard, Josephine Saliba, Miriam Theuma. L-Adulti Mario Cardona, Fr Vince Magri, Carmen Mamo, Pauline Miceli. It-Tfal b’Diffikultajiet u Diżabilitajiet Marbuta mat-Tagħlim Paul Attard Baldacchino, Nathalie Buhagiar, Jane Farrugia Buhagiar, Christine Firman, Carmen Gauci, Kurt Mizzi. Iċ-Ċittadini ta’ Pajjiżi Terzi (ĊPT) Jane Farrugia Buhagiar, Dunstan Hamilton, Sharon Micallef Cann, Rachel Schembri, Josephine Vassallo. Il-Litteriżmu Diġitali Patrick Camilleri, Martin Debattista, Tania Gatt, Emile Vassallo, Emmanuel Zammit. 60 STRATEĠIJA NAZZJONALI TAL-LITTERIŻMU 61 62
Similar documents
CESE Info 9
qosra u speċifiċi jgħinu lill-Kummissjoni biex toħloq bażi preċiża għas-Summit tar-Rebbiegħa li jmiss, biex il-Kunsill ikun jista’ jagħti direzzjoni politika ċara.
More informationGazzetta tal-Gvern ta` Malta
Avviżi tal-Qorti................................................................................................................. 16,039 - 16,048 Court Notices.........................................
More informationEsklussiva
eżamijiet fis-sitt sena lit-tfal kollha li jattendu l-Iskola Primarja talGvern minn Ġunju li ġej. Dawn se jsiru bil-għan li t-tfal jiġu assessjati fuq il-ħiliet tagħhom fil-Malti, fl-Ingliż u filMa...
More information